Left arrow Go Back

Stqarrija dwar kawza ta' libell mill-Ministru ghad-Djar

PR2316
Date Icon 03/12/1997
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli qal fil-Qortital-Magistrati dal-ghodu li dak li kien gie allegat kontrih f'artiklu imxandar fil-gurnal Il-Mument tat-28 ta' Settembru 1997 ma kienx minnu u li kien libelluz fil-konfront tieghu. Huwa qal li minn kemm ilu Ministru huwa qatt ma kien impjega xi persuni kriminali jew ta' karattru dubjuz fid-Dipartiment ghall-Akkomdoazzjoni Socjali, kif kien gie allegat f'dan l-artiklu.
Il-Ministru qal dan meta xehed quddiem il-Magistrat Dr. MichaelMallia f'kawza ta' libell li huwa ghamel kontra l-Editur tal-gurnal Il-Mument, is-Sur Victor Camilleri dwar artiklu li kien deher fl-istess gurnal that ir-ras "….U issa Freddie". Fost affarijiet ohra f'dan l-Artiklu, li kien parti mir-rubrika "Fil-qalba tal-MLP", inkiteb: "fl-Ispettorat tad-Dipartiment tad-Djar kienet impjegata persuna b'kondotta dubjuza hafna u li dan anki ghamel xi spezzjonijiet fid-djar tan-nies qabel saru l-ilmenti li wasslu biex tnehha."
Waqt is-seduta ta' dal-ghodu saret proposta ta' ftehim mill-AvukatDr. Joe Zammit Maempel li qieghed jidher ghall-Editur ta' Il-Mument. Il-kawza ghalhekk giet differita ghall-14 ta' Jannar 1998 biex din il-proposta tigi kkunsidrata.
Dr. Peter Grech, Assistent Avukat Generali tar-Repubblika kienqieghed jassisti lill-Ministru f'din il-kawza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow