Ftehim gdid dwar Salarji u kundizzjonijiet ghall-Ufficjali li jahdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Bhala parti mill-programm ta' modernizazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, diversi sezzjonijiet tal-Korp li qeghdin bhalissa jaghmlu xoghol li m'ghandux x'jaqsam mal-funzjonijiet u dmirijiet proprji tal-pulizija ser jigu trasferiti fuq dipartimenti ohra. Fost il-funzjonijiet idenitfikati mir-rapport li kien sar f'Jannar ta' din is-sena dwar l-immodernizzar tal-Korp bhala li ghandu jitnehha mill-Pulizija huwa dak tal-Fire Brigade u tar-Rescue. Ir-rapport qal hekk dwar dan is-suggett:
"The Fire Brigade does not carry out policing duty - its main function is rescue and protection. Thus it requires independence in the deployment and management of the personnel assigned to this function. We believe that the Fire Brigade should be constituted as a separate entity within the Department of Civil Protection ."
Wara diskussjonijiet twal bejn id-Divizjoni ta'l-Intern fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-Management and Personnel Office, gie milhuq ftehim dwar salarji u kundizzjonijiet godda ghall-impjegati li ser jiffurmaw parti mid-Dipartiment gdid tal-Protezzjoni Civili. Il-ftehim gie iffirmat illum, il-Gimgha, 21 ta' Novembru 1997, fil-presenza tal-Ministru Joe Mizzi, mis-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti inkarigat mill-Affarijiet Interni, u s-Sur J Scicluna, Direttur Generali fil-Management and Personnel Office.
Il-Ministru Mizzi qal li l-ftehim jipprovdi ghall-holqien ta' struttura ta' gradi godda fil-Protezzjoni Civili li tikkomprendi dawn li gejjin -
- Chief Assistance and Rescue Officer fi skala ta' salarju 7
- Station Officer fi skala ta' salarju 9
- Leading Assistance and Rescue Officer fi skala ta' salarju minn 11 ghal 10
- Assistance and Rescue Officer fi skala ta' salarju minn 14 ghal 12
Hu qal li biex wiehed jilhaq fi grad ta'Assistance and Rescue Officer ikun jinhtieg li jidhol l-ewwel bhala Trainee Assistance and Rescue Officer fi skala ta' salarju 16. Dawn jaghmlu kors ta' tahrig ta' bejn tliet sa sitt xhur u dawk li jikkwalifikaw biss fl-ahhar jigu mahtura bhala Assistance and Rescue Officers fi skala ta' salarju 14. B'dan il-mod ir-reklutagg f'dan is-servizz importanti ta' salvatagg u protezzjoni tac-cittadin qieghda titqieghed mill-ewwel fuq bazi soda u professjonali. Wara hames snin fil-grad ta' Assistance and Rescue Officer l-ufficjal koncernat javvanza ghal skala ta salarju 13 u wara tliet snin ohra ghal skala ta' salarju 12.
Il-Ministru Mizzi kompla jghid li ser tinghata wkoll allowance specjali to Lm45 fix-xahar lil dawk l-ufficjali li jkunu jahdmu fuq xoghol ta' riskju. L-ufficjali li jahdmu fuq il-bahar ser jinghataw Lm240 extra fis-sena u allowance ta' Lm5 kull jum ghall-ewwel 24 siegha u Lm8 kull jum ghas-sieghat li jigu wara. L-ufficjali huma wkoll intitolati ghall-hlas ta' l-overtime u allowance ghal xoghol fil-Hdud u festi. Tinghata wkoll Deputising Allowance ghal dawk l-ufficjali li jaghmlu xoghol ta' gradi iktar gholja.
L-Ufficjali li jahdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ser jitqieghdu ghall-ewwel fuq bazi ta' xoghol kuntrattwali li jigi mgedded b'kuntratti ohra kull meta dawn jaghlqu. Il-Ministru qal li wara tmien snin ta' kuntratt huma jigu mlahhqa fuq bazi permanenti mal-Gvern.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901