Il-Prim Ministru jzur il-Fiera tal-Ktieb
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant zar il-Fiera tal-Ktieb fejn iltaqa' mad-diversi rapprezentanti tad-djar tal-pubblikazzjonijiet li qeghdin jiehdu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena, li ghall-ewwel darba qieghda issir fin-Naxxar. Fil-Fiera qeghdin jiehdu sehem 49 dar tal-pubblikazzjoni, l-akbar ghadd ta' esebituri li qatt hadu sehem sa issa. Nhar il-Hamis, l-ewwel gurnata tal-Fiera, gibdet numru rekord ta' vizitaturi - 7,000 persuna. Illum filghodu attendew 4,000 persuna u hafna aktar nies mistennija jattendu l-lejla.
Il-Prim Ministru gie pprezentat b'ghadd ta' kotba godda li gew imnedija proprju waqt din il-Fiera. Il-maggoranza l-kbira ta' l-esebituri qalu li huma kienu jaqblu li l-Fiera tal-Ktieb tibda issir fin-Naxxar fejn huma stqarrew li hemm ambjent isbah, hemm aktar spazju ghall-vizitaturi u aktar 'parking space' ghal kull min jixtieq izur il-Fiera. Il-Prim Ministru nghata informazzjoni dwar it-tip ta' kotba li huma l-aktar popolari fis-suq Malti u kif is-suq tal-pubblikazzjonijiet ta' kotba Malti qieghed jikber b'mod konsistenti.
Is-Sur Joe Boffa, Segretarju tal-Fiera tal-Ktieb, qal li fil-fatt fl-ewwel jumejn tal-Fiera kien registrat zjieda fin-numru ta' visitaturi li zaru l-Fiera fuq l-istess perjodu tas-sena li ghaddiet. Il-Fiera tal-Ktieb tibqa' miftuha sa nhar il-Hadd. Id-dhul huwa minghajr hlas.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901