Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha, Kura tal-Anzjani u Affarijiet tal-Familja
Il-Customer Care Service tal-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja qed ikollu lmenti minghand anzjani li qed jircievu telefonati minghand persuni li jghidu li huma farmacisti mad-Dipartiment tas-Sahha.
Min qed icempel qed johloq diversi qlajjiet u dubji dwar is-servizz tal-medicini b'xejn. Jidher car li ghaddej attentat sfrenat biex jinholoq allarm fost l-anzjani u biex il-Gvern ikun oskurat b'mizuri fittizji li qatt ma ttiehdu.
Il-Ministeru jassigura lill-anzjani u lil kulhadd li ma gie awtorizzat hadd minn naha tieghu biex jaghmel xi telefonati jew vizti fid-djar taghhom.
Kull min jircievi minn dawn it-telefonati jew vizti, ghandu jinforma minnufih lill-ufficcju tal-Customer Care Service fi hdan il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja. Il-Freephone hu: 0800 77 2381 bejn it-Tnejn u l-Gimgha, mid-9.00 am sa nofs in-nhar.
L-anzjani dejjem ghandhom jitolbu l-isem, il-karta ta' l-identita` u n-numru tat-telephone ta' min jaghmel telefonati u vizti simili.
Il-ko-operazzjoni tal-pubbliku hi apprezzata.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901