Spezzjonijiet mid-Dipartiment tad-Dwana u tas-Sisa
Fi tmiem il-gimgha, spetturi tad-Dipartiment tad-Dwana u tas-Sisa ser jaghmlu spezzjonijiet fis-swieq li jarmaw fil-berah fid-diversi lokalitajiet f'Malta u f'Ghawdex kif ukoll f'ristoranti, hwienet tax-xorb u 'take-aways' sabiex jassiguraw li l-bejjiegha jaghtu l-ircevuta lill-konsumatur.
Id-Dipartiment, fil-waqt li jistenna l-koperazzjoni tal-bejjiegha u tal-pubbliku f'dan ir-rigward, iwissi li jittiehdu l-passi skond il-ligi kontra dawk il-bejjiegha li ma josservawx il-ligi.
Matul ix-xahar ta' Ottubru 1997, id-Dipartiment ghamel 369 zjara ta' kontroll ghand manifatturi u stabbiliment ohra li jaghtu servizz biex jizgura l-gbir tat-taxxi tas-sisa. Saru wkoll 251 spezzjoni fuq il-post f'diversi hwienet u ttiehdu passi kontra 68 bejjiegh li naqsu li johorgu u jaghtu rcevuta lill-konsumatur.
Barra minn hekk, matul l-istess xahar, l-ispetturi tad-Dipartiment wettqu 378 spezzjoni fi stabbilimenti ta' l-ikel u tad-divertiment f'diversi nhawi f'Malta u f'Ghawdex biex jizguraw li l-bejgh ikun registrat kollu kemm hu.
Matul Ottubru, tkomplew ukoll proceduri bil-Qorti f'Malta u f'Ghawdex kontra bejjiegha u sidien tal-hwienet li b'xi mod naqsu li josservaw il-provvedimenti tal-ligi. 58 persuna f'Malta u 14 il-persuna f'Ghawdex gew immultati total ta' Lm3,830.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901