Messagg mill-Ministru Michael Farrugia ghal Jum li jfakkar il-Kundizzjoni tad-Dijabete
Bhal kull sena, illum, l-14 ta' Novembru, huwa l-jum dedikat mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha sabiex titfakkar il-kundizzjoni tad-Dijabete. Din il-kundizzjoni hija maghrufa ferm fost il-poplu Malti ghaliex hija wahda mill-aktar kundizzjonijiet medici komuni li ghandna f'Malta.
Id-Dijabete hija kundizzjoni mondjali u l-ahhar studji juru li madwar 135 miljun ruh huma affettwati u li sas-sena 2025 din ser titla' ghal 300 miljun ruh. Hawn Malta nafu li ghandna madwar 15% tal-popolazzjoni li huma affetwati b'din il-kundizzjoni.
Ghal din is-sena l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha ghazlet l-edukazzjoni bhala t-tema principali. L-edukazzjoni mhux biss hija necessarja ghall-prevenzjoni tal-kundizzjoni imma hija wkoll importanti wara sabiex tnaqqas kemm jista' jkun il-kumplikazzjonijiet assocjati u li tant joholqu problemi. Bhala Ministeru tas-Sahha qed insahhu d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha sabiex nkomplu ngeddu l-edukazzjoni tal-prevenzjoni u li biha biss nistghu naraw tnaqqis fin-numru tan-nies li jizviluppaw id-dijabete. Mhux hekk biss, izda l-Klinika tad-Dijabete fl-Isptar San Luqa qed dejjem iggedded il-kampanja ta' l-edukazzjoni fost dawk in-nies li zviluppaw id-dijabete u din l-edukazzjoni hija immirata aktar dwar il-prevenzjoni tal-kumplikazzjonijiet.
Bhala Ministru responsabbli mis-Sahha tal-Poplu Malti kollu, nheggeg lil dawk kollha nvoluti fl-edukazzjoni u t-tixrid ta' l-informazzjoni, sabiex ikomplu bix-xoghol siewi taghhom pero` dejjem jizguraw li l-informazzjoni hija l-aktar wahda moderna u li hija konformi ma' l-ahhar zviluppi fix-xjenza. Lil dawk li huma affettwati bil-kundizzjoni nsellmilhom u nheggighom jkomplu jsiru jafu aktar dwar id-Dijabete sabiex jizguraw li l-kura li qed jiehdu hija l-aktar wahda addattata ghalihom. Insellem ukoll lill-Ghaqda Maltija Kontra d-Dijabete u nheggighom ikomplu fix-xoghol siewi li qed jaghmlu ghall-gid tad-Dijabetici Maltin u tad-Dinja kollha.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901