L-Ambaxxatur ta' Malta ghal Spanja jipprezenta l-kredenzjali
Is-Sur Vincent Camilleri dalghodu ipprezenta l-ittri tal-kredenzjali bhala l-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Spanja lill-Majesta' Tieghu, ir-Re Juan Carlos ta' Spanja.
Waqt laqgha privata li l-Ambaxxatur kellu mal-Majesta' Tieghu u li ghaliha kien prezenti wkoll il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Spanjol, Abel Matutes, ir-Re Juan Carlos wera interess fl-istorja ta' Malta u fir-rabtiet storici bejn Spanja u Malta. Huwa semma l-htiega ta' kooperazzjoni bejn il-pajjizi kollha tal-Mediterran ghal aktar paci u sliem fir-regjun.
L-Ambaxxatur Camilleri gedded l-istedina maghmula zmien ilu lill-Majesta' Tieghu ir-Re Juan Carlos biex jaghmel zjara statali f'Malta. Ir-Re Juan Carlos waqt li baghat it-tislijiet tieghu lill-President u lill-Prim Ministru ta' Malta, qal li jittama li din iz-zjara ma ddumx ma ssehh.
Is-Sur Camilleri, li huwa residenti Parigi, huwa akkreditat ukoll ghal Portugall u Andorra. Ghal din ic-cerimonja huwa kien akkumpanjat mis-Sur Bernard Hamilton, Charge d'Affaires ta' Malta, residenti f'Madrid.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901