Qari stra-ordinarju ta' l-arloggi ta' l-ilma u dawl
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma ser twettaq ezercizzju straordinarju ta' qari ta' l-arloggi ta' l-ilma u dawl f'Malta u Ghawdex b'effett tar-revizjoni tat-tariffi ta' l-ilma u dawl. Dan l-ezercizzju ser jibda minn nhar it-Tnejn 10 ta' Novembru. Id-dettalji ta' dan il-programm ser jixxandru fuq skeda ta' minn gimgha ghal gimgha fuq il-mezzi kollha tax-xandir.
Matul il-gimgha ta' bejn it-Tnejn 10 ta' Novembru u l-Hadd 16 ta' Novembru, il-qari tal-meters ser jsiru kif hawn taht imsemmi:-
Bejn it-Tnejn 10 ta' Novembru u l-Erbgha 12 ta' Novembru f'dawn il-lokalitajiet:-
Malta: Il-Belt, Furjana, Hamrun, Marsa, Sta.Venera, Pieta, Dwardmangia, Msida.
Ghawdex: Victoria, Fontana.
Il-Hamis 13 ta' Novembru: Dan il-jum huwa allokat ghall-appuntamenti li jkunu saru mill-meter readers meta jsibu d-djar maghluqa.
Bejn il-Gimgha 14 ta' Novembru u l-Hadd 16 ta' Novembru f'dawn il-lokalitajiet:-
Malta: il-Gzira, Ta' Xbiex, Sliema, San Giljan, San Gwann, Paceville, St.Andrew's, Pembroke.
Ghawdex: Nadur, Qala
It-Tnejn 17 ta' Novembru: Dan il-jum huwa allokat ghall-appuntamenti li jkunu saru mill-meter readers meta jsibu d-djar maghluqa
Il-hinijiet ser ikunu mis-7.00am sas-7.00pm. Il-Meter Readers tal-Korporazzjoni huma lkoll identifikati b'Identity Card.
Matul dan l-ezercizzju, il-qari tal-konsumaturi permezz tat-telefonati lis-Sezzjoni tal-Meter Readersmhux ser ikunu accettati.
F'kaz li l-konsumaturi jkollhom bzonn ta' aktar assistenza jistghu jcemplu lill-Customer Care fuq il-freephone 157. Dan is-servizz huwa miftuh mis-6.00am sal-10.00pm kuljum, inkluz is-Sibtijiet, Hdud u festi.
Il-koperazzjoni tal-Konsumaturi hija essenzjali. B'hekk jigi assigurat li l-kontijiet jinhargu korretti fuq ir-rati l-godda.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901