Left arrow Go Back

Il-Ministru Alfred Portelli jzur dar li sfrundalha saqaf f'Rahal Gdid

pr2149
Date Icon 05/11/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar id-dar li qieghda f'numru 99, fi Triq Hal Tarxien Rahal Gdid, fejn dan il-lejl sfronda is-saqaf tat-tromba tal-bejt. Is-Sinjorina Carmen Cini, li toqghod waheda f'dan il-post, b'xorti tajba ma gralha xejn. Il-Ministru, li kien akkumpanjat minn ufficjali tal-Ministeru, tela' jara l-hsara minn fuq bejt tal-gara tal-vittma.

Meta kellem lill-gurnalisti, il-Ministru qal li kull min ghandu post huwa fl-obbligu li jzommu tajjeb. Huwa qal li ghal min finanzjarjament ma jiflahx isewwi hu, l-Awtorita' tad-Djar ghandha skemi ta' ghajnuna ghall-inkwilini ta' postijiet privati u sidien li jghixu fil-post taghhom biex jirrangaw hsarat. Huwa fakkar li minn din il-gimgha l-iskemi kollha li qabel kienu imhaddma mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali issa bdew jigu processati mill-Awtorita' tad-Djar. Il-Ministru qal li dan qieghed isir biex ic-cittadini jinqdew ahjar.

Aktar kmieni dalghodu ufficjal mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali mar izur id-dar tas-Sinjorina Cini biex jispezzjona l-hsarat u wara beda l-process biex tinstab akkomodazzjoni alternattiva temporanja. Sakemm jinstab post alternattiv temporanju ghaliha, din il-mara marret tghix temporanjament ghand xi qraba taghha.

Prezenti fuq il-post mal-Ministru kien hemm Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow