Il-Ministru Michael Farrugia jiltaqa' ma' delegazzjoni Russa
" Qed nibdew nahdmu sabiex inwaqfu Task Force biex jibda l-implimentazzjoni tar-rapport tal-Outpatients Department",. Dan qalu il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja it-Tabib Michael Farrugia meta ltaqgha ma' delegazzjoni Russa. Il-grupp minn St Petersburg gie hawn Malta ghall-konferenza sabiex jiddiskutu ir-riforma fil-kura tas-sahha f'pajjizhom.
Il-Ministru Farrugia kompla jghid li il-gimgha li ghaddiet gie pprezentat b'rapport dwar l-OutPatientsu u qal li approva 99% tar-rakkomandazzjonijiet li saru.
Il-Ministru Farrrugia qal li l-bini biss ma jaghmilx sptar tajjeb izda wiehed irid jahseb ghal-istaff u l-management . Huwa semma r-riformi li qieghdin isiru fil qasam tas-sahha sabiex ikollna management modern u efficjenti sabiex igawdi minnu c-cittadin Malti u Ghawdxi.
Huwa qal li kieku xi hadd issaqsieh jekk hux kuntent bis-sitwazzjoni fil-qasam tas-sahha, jirrispondi li illum huwa kuntent aktar minn sena ilu, u bir-responsabbilta' kollha jghid li ttiehdu diversi mizuri sabiex id-dipartiment tas-sahha jkun jista jimxi l-quddiem. 'Izda ghad fadlilna hafna x'nahdmu, u dan ix-xoghol irid isir bl-ghaqal u bis-serjata'" kompla l-Ministru Farrugia. "Ghadd fadlilna hafna x'nahdmu fit-teknologija u fit-telemedicina. Ghamilna hafna u rridu nkomplu nahdmu ghax ghalkemm is-sitwazzjoni finanzjarja li writna kienet wahda hazina, il-Gvern kien responssabbli bizzejjed li s-settur tas-sahha baqa' jiehu hsiebu".
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li ghada jum il-budget u zgur li jkun wiehed b'aspett socjali b'mizuri responsabbli ghall-gid tac-cittadini kollha. Huwa qal li ghall kull gvern l-aspett socjali huwa mportanti u zgur li l-gvern prezenti se jwettaq dak li wieghed fis-snin li gejjin.
Il-Ministru Michael Farrugia spicca d-diskors tieghu billi rringrazzja lid-delegazzjoni Russa ghall-fiducja li wrew f'Malta u li l-konferenza taghhom serviet sabiex certu problemi fil-qasam tas-sahha f'pajjizhom jigu ndirizzati .
Huwa qal li jixtieq li z-zewg pajjizi jippartecipaw f'aktar kollaborazzjoni u fi programmi tal-World Health Organisation(WHO).
Minn naha taghhom id-delegazzjoni Russa rringrazzjaw lill-Ministru ghall-kollaborazzjoni u wrew ix-xewqa li delegazzjoni Maltijia tmur St.Petersburg. Fil-jiem li ghaddew id-delegazzjoni Russa ttiehdet izzur l-isptar il-gdid f'Tal-Qroqq, l-iSptar San Luqa kif ukoll ic-centru tas-Sahha tal-Mosta.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901