Left arrow Go Back

Serata Muziko-Letterarja f'gieh Anton Buttigieg

PR2095
Date Icon 28/10/1997
Il-Kunsill tal-Kultura, fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghalGhawdex, organizza programm ta' muzika u letteratura fl-okkazjoni tal-85 sena mit-twelid tal-poeta Ghawdxi Anton Buttigieg. Is-serata muziko-letterarja kienet tinkludi qari ta' poeziji ta' Anton Buttigieg u akkumpanjament muzikali.
Ghal din is-serata attenda s-Segretarju Parlamentari ghal GhawdexDr Anton Refalo. Kienu wkoll prezenti ulied u qraba tal-poeta Anton Buttigieg.
Anton Buttigieg twieled il-Qala fid-19 ta' Frar 1912 u ghaddatfulitu f'dan ir-rahal. Barra li kien poeta maghruf, Anton Buttigieg kien ukoll politiku ewlieni u kien elett fil-Parlament bejn l-1955 u l-1976 meta mbaghad ceda s-siggu biex inhatar President tar-Repubblika. Fost il-kotba tieghu ta' poeziji bil-Malti hemm 'Mill-Gallerija ta' Zghoziti', 'Fanali bil-Lejl', 'Qasba mar-Rih', 'L-Ghanja tas-Sittin' u 'Fl-Arena'. Anton Buttigieg miet fil-5 ta' Mejju 1983.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow