Left arrow Go Back

Il-Ministru Charles Mangion jindirizza Seminar dwar il-Kunsilli Lokali f'Ghawdex

PR2075
Date Icon 27/10/1997
Il-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali, Dr. Charles Mangionindirizza 'seminar' ghall-Kunsilli Lokali Ghawdxin, li kien organizzat mill-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali, bit-tema "X'jistennew iz-zghazagh mill-Kunsilli Lokali".
L-Onor. Charles Mangion fahhar il-kontribut u l-inizzjattivi ta'l-ghaqdiet taz-zghazagh li jahdmu fuq bazi voluntarja ghat-titjib tas-socjeta'.
Il-Ministru wera l-fiducja tieghu fiz-zghazagh meta dawn jishqughad-drittijiet taghhom izda fakkar li dawn l-istess drittijiet igorru maghhom obbligi u responsabbiltajiet. Fil-kuntest tal-Kunsilli Lokali l-Ministru accenna ghall-htiega li d-Dipartimenti tal-Gvern, meta dawn jigu mitluba joffru s-servizzi taghhom permezz ta' 'tender', izommu quddiem ghajnejhom li meta ma jirbhux it-'tender' huma, lill-pajjiz tigih spiza doppja. Dan ghaliex min jiehu t-'tender' u jaghmel ix-xoghol jithallas tieghu u l-haddiema tal-Gvern jithallsu xorta.
Il-Ministru rrefera wkoll ghas-sottomissjonijiet li ghamlitlul-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar hatriet ta' Diretturi fuq bordijiet ta' Korporazzjonijiet. Hawnhekk il-Ministru accenna li hatriet bhal dawn igorru maghhom responsabbilta' mhux biss 'vis-a-vis' il-korporazzjoni nvoluta, izda wkoll lejn il-Kunsilli Lokali u l-pajjiz in generali.
Il-Ministru fahhar ukoll l-involviment ta' ghaqdiet, bhal ma his-Sedqa, ghax-xoghol taghhom, li qed ihalli rizultati pozittivi ghat-titjib tal-komunita'.
Fl-ahhar il-Ministru ghalaq billi appella "biex nahdmu aktarghaliex ix-xoghol igib il-progress u dal-progress ifisser hajja ahjar ghall-futur taz-zghazagh taghna".
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow