Malta fl-akbar Summit tal-Commonwealth
PR2050
23/10/1997
| Malta se tiehu sehem fl-akbar Summit tal-pajjizi tal-Commonwealth | li se jiltaqa' fi tmiem il-gimgha f'Edinburgh, l-Iskozja. Il-Kapijiet tal-Gvernijiet membri fil-Commonwealth se jkunu qeghdin jiltaqghu fi zmien meta din l-assocjazzjoni volontarja ta' 53 Stat indipendenti qed tigbor interess gdid mill-komunità internazzjonali. F'dan is-Summit, li jiltaqa' kull sentejn, il-Prim Ministri u Presidenti ezekuttivi ta' l-Istati tal-Commonwealth se jiddiskutu ghadd ta' temi importanti, fosthom it-tema principali ta' din il-laqgha : Il-Kummerc, l-Investiment u l-Izvilupp Sostenibbli, it-Triq ghall-Prosperità tal-Commonwealth (Trade Investment and Development, the Road to Commonwealth Prosperity). Se jigu diskussi wkoll suggetti ta' politika internazzjonali u li jehtieg 'consensus' fuqhom, fosthom it-trattat biex jigu ipprojbiti il-mini anti-persuna. Parti sostanzjali mid-diskussjoni se tkun iffokata fuq il-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. |
| Aspett principali tal-Commonwealth, bhal dejjem, se jibqa' l-assistenza | li tinghata lil pajjizi membri li qed jizviluppaw biex jibnu kapacità produttiva u infrastruttura ta' servizzi. F'dan il-qasam l-ghajnuna li tinghata lill-istati z-zghar tal-Commonwealth hija ta' ghajnuna primarja. Ghal dan l-iskop twaqqfet ukoll Commonwealth Task Force on Small States, kif ukoll Ministerial Group on Small States (MGSS) li Malta hija membru tieghu. Il-laqgha tal-MGSS se tinzamm jum qabel is-Summit tal-Kapijiet ta' Gvern u ghaliha jattendu Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-pajjizi imsiehba fil-Commonwealth. Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr. George W. Vella, se jmexxi d-delegazzjoni Maltija ghal din il-laqgha Ministerjali. |
| Kontribut mill-aktar siewi li sar din is-sena kien ix-xoghol fuq ir-Rapport | il-Gdid fuq il-Vulnerabilita' ta' l-Istati Zghar. Dan ir-Rapport, bl-isem A Future for Small States: Overcoming Vulnerability, li gie ippreparat minn tmien esperti mill-Commonwealth, fosthom Malti, Dr. Edgar Mizzi, se jigi ipprezentat formalment qabel il-laqgha tal-Kapijiet f'Edinburgh. Is-Segretarju Generali tal-Commonwealth, Chief Emeka Anyaoku stieden lill-Prim Ministru ta' Malta, Dr. Alfred Sant biex jitkellem fuq is-sigurtà ta' l-Istati Zghar, flimkien ma' tliet Kapijiet ta' Gvern ohra, li jinkludu lill-Prim Ministri ta' Tonga u St. Lucia u l-President ta' Maldives. |
| Il-Prim Ministri u l-Presidenti ezekuttivi tal-Gvernijiet | partecipanti se jiltaqghu flimkien ghal gurnata shiha ghal 'retreat' (irtir) f'St. Andrews, nhar il-Hadd, 26 ta' Ottubru. |
Id-delegazzjoni Maltija se tkun immexxija mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant u tinkludi lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella u l-Onor. Joe Farrugia M.P.
| Il-Prim Ministru Ingliz Tony Blair qal f'Londra li x-xewqa ta' | pajjizu hi li s-Summit ta' Edinburgh jkun punt ta' bidla storika ghall-Commonwealth u li jkun ta' l-istess livell tal-Laqgha Gholja ta' Harare fl-1991 li ghaqqdet bis-shih l-impenn tal-Commonwealth ghad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u t-tmexxija moderna tal-pajjizi. |
| Is-Summit ta' Edinburgh huwa l-akbar Konferenza internazzjonali | governattiva li qatt saret fir-Renju Unit. Fil-pajjizi imsiehba fil-Commonwealth jghixu 1.5 biljun persuna. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901