Left arrow Go Back

Hidma internazzjonali mill-Gvern favur is-Sajjieda Maltin

PR2034
Date Icon 22/10/1997
L-inizjattivi li qieæed jieóu l-Gvern ídid fl-ewwel senafil-qasam internazzjonali qeædin jaætu l-frott.
Deðiújonijiet li ttieódu f'Ruma waqt it-22 Sezzjoni tal-KunsillÍenerali Æas-Sajd fil-Mediterran (General Fisheries Council for the Mediterranean, GFCM), sejrin jaætu aktar protezzjoni lis-sajjieda Maltin u Æawdxin u sejrin jikkontribwixxu biex ikun hemm konservazzjoni aójar ta' óut fil-Mediterran æall-benefiððju tas-sajjieda.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd meta rrefera æar-rapporttal-óidma li wettqet id-delegazzjoni tal-Gvern Malti li attendiet il-laqæa tal-GFCM f'Ruma.
Il-Ministru Noel Farrugia wera s-sodisfazzjon li r-riúoluzzjoni lil-Gvern Malti ressaq f'isem il-Koperattivi tas-Sajd Maltin sabiex jipprotestaw ma' l-Awtoritajiet Internazzjonali tas-Sajd kontra l-mod ta' qbid ta' óut, partikolarment it-tonn, li qed isir fl-ibóra tal-Mediterran kienet issekondata mir-rappreúentanti tal-Komunità Ewropea u íiet approvata unanimament.
Il-Ministru Noel Farrugia kompla jæid li bis-saóóa tad-deðiújonijietli ttieódu, is-sajd fil-Mediterran se jkun aktar koordinat u kkontrollat fl-aójar interess tas-sajjieda Maltin u dan bil-æan li r-riúorsi tal-óut fil-Mediterran jiíu kkonservati u b' hekk jiíi garantit il-futur ta' din l-Industrija.
Il-Ministru qal li bil-miúuri li sejrin jiíu addottati, se jiíikkontrollat l-uúu ta' xbieki kbar maærufa bóala driftnets, l-uúu tax-xbieki maærufa bóala purse seiners fix-xahar ta' Awissu kif ukoll l-uúu ta' l-ajruplani bóala mezz ta' æajnuna æall-bastimenti li jkunu qed jistadu æat-tonn fix-xahar ta' Íunju.
Il-Ministru qal li dawn huma l-istess miúuri li qed tadotta l-KummissjoniInternazzjonali æall-konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT).
Id-delegazzjoni Maltija kellha kuntatti mas-Segretarju Eúekuttivta' l-ICCAT, Dr. Adolfo R. Lama, dwar il-possibiltà ta' estensjoni ta' dawn il-perjodi biex ikunu aktar ta' kontroll tas-sajd tat-tonn fil-Mediterran.
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia qal li æal dan il-æanser tintbæat ittra dokumentata lill-ICCAT b'talba biex l-uúu ta' l-ajruplani bóala mezz ta' æajnuna æall-bastimenti tas-sajd, jiíi ristrett ukoll fix-xahar ta' Mejju waqt li l-uúu tal-purse seiners ikun ristrett ukoll fix-xahar ta' Lulju.
Il-Ministru Farrugia temm jæid li l-óidma tad-delegazzjoniMaltija waqt il-laqæa tal-Kunsill kienet ferm apprezzata tant li r-Rappreúentant Permanenti ta' Malta æall-FAO, l-Ambaxxatur Montanaro Mifsud íie elett Chairman tal-laqæa kif ukoll Chairman tal-Kunsill æas-sentejn li íejjin minflok Dr Rafel Conde de Saro ta' Spanja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow