Left arrow Go Back

Ghotja ta' annimali ghal progett: Nghozzu l-Biedja

PR1974
Date Icon 15/10/1997
Zewg kumpaniji kummercjali Olandizi llum pprezentaw ghotja ta'annimali u tjur ghall-progett Hands on Farming jew kif inhu maghruf ahjar Nghozzu l-Biedja.
Dawn l-annimali, li jikkonsistu f'erbatax-il poni, tlett moghzietta' razza nana, ghaxar emu u tliet lamas, gew ipprezentati lill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia, mis-Sur Peter Blankendaal tad-ditta Daalimpex, mis-Sur Jan van der Heuvel tad-ditta Hage International u mis-Sur Manuel Bezzina rapprezentant taz-zewg ditti Olandizi f'Malta.
F'kelmtejn ta' l-okkazzjoni l-Ministru Noel Farrugia qal libis-sahha ta' din l-ghotja ser ikun possibli biex studenti Maltin jitghallmu jgharfu u japprezzaw aktar il-biedja u jersqu aktar qrib in-natura. Fil-fatt dawn l-annimali ser jiffurmaw parti essenzjali ta' taghlim prattiku li qed jitfassal ghall-istudenti ta' pajjizna.
Wara li saret il-prezentazzjoni, tfal u zghazagh bi bzonnijietspecjali, membri ta' l-Eden Foundation, gew mistiedna biex iqattghu gurnata f'dan ic-Centru, fejn inghataw tahrig dwar il-kura ta' l-annimali u kif ukoll tnissil ta' pjanti fil-qsari.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow