Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Farrugia jindirizza seminar tal-FAO

PR1959
Date Icon 13/10/1997
Bhalissa gewwa l-Forti San Lucjan f'Marsaxlokk qeghdin isiruseminars sponsorjati mill-Food and Agriculture Organisation (FAO). Konsulent barrani mill-FAO qieghed jaghti lectures lil ghadd ta' spetturi sanitarji kif ukoll veterinarji.
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familjat-Tabib Michael Farrugia indirizza l-ahhar minn tliet seminars. F'kelmtejn li ghamel huwa qal li d-dipartiment tas-sahha qed jipprepara bidla fil-ligi dwar il-Food Safety bil-kollaborazzjoni tal-FAO. Huwa qal ukoll li m'ghandniex insemmu biss il-Health and Safety tal-haddiema, izda wkoll tal-konsumaturi.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li ma rridux nitkellmu biss dwarin-nuqqasijiet li jiltaqghu maghhom l-ispetturi sanitarji fis-settur privat izda ukoll dwar l-ohrajn fis-settur tal-gvern u parastatali.
Huwa kompla jghid li r-responsabilita' fuq il-post tax-xoghol taqa'fuq kulhadd mill-kbir saz-zghir. Il-Ministru Farrugia semma li ser isir laboratorju nazzjonali modern fejn id-dipartimenti kollha jkollhom access ghalih. F'dan il-progett ser jigu nvestiti eluf ta' liri sabiex nghollu l-livell ta' kwalita' tat-testijiet li jsiru, u nkunu wkoll konformi ma' pajjizi li huma digĂ  zviluppati f'dan is-settur.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li huwa jemmen li l-kwalita' ta'ikel fir-restoranti huwa wkoll l-aqwa riklam ghalina l-Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow