Left arrow Go Back

Intervent mill-Ministru ghall-Harsien Socjali, l-Prof. Edwin Grech, waqt l-inawgurazzjoni ta' Skema sussidjata mill-Kumpanija Skytel ghall-uzu tas-servizz ta' Pager minn persuni b'dizabilita' u l-familjari taghhom

PR1941
Date Icon 10/10/1997
"Il-Gvern preúenti, qabel l-elezzjoni li góaddiet, kien wiegóedli f' bosta oqsma tat-tmexxija tal-pajjiú, fosthom fil-qasam soðjali, jidóol fi sóubija mas-settur privat biex jagómel ðertu proíetti. Dan kien wegódu góaliex il-Gvern jemmen li s-settur privat góandu jieóu l-inizjattiva li jmexxi 'l quddiem proíetti ta' kull xorta fil-qasam soðjo-ekonomiku tal-pajjiú.
Il-Gvern mhux dejjem ikun f' posizzjoni li jagómel dan hu. Il-limitazzjonitar-riúorsi finanzjarji u anke umani li góandu, iúúommu milli jmexxi 'l quddiem hu nnifsu ðertu proíetti. Góalhekk huwa importanti li s-settur privat jikkontribwixxi mill-aójar li jista' biex dak li ma jkunx jista' jagómel il-Gvern, jagómlu s-settur privat, jew jagómluh flimkien.
Meta íejt mistieden góall-okkaújoni tal-lum, ma stajtx ma nifraóxgóaliex il-kumpanija SkyTel, kif jgóid il-Malti, "laqtet il-musmar fuq rasu". Din il-kumpanija qed tagóti l-eúempju ta' kif il-kunðett ta' sóubija bejn Gvern u privat, jista' jitwettaq fil-prattika.
Fil-fatt, din il-kumpanija diía tóaddem servizz b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diúabilita', dak tar-relay tat-text telephone góall-persuni neqsin mis-smiegó. Issa l-iSkyTel qegóda tespandi l-impenn soðjali tagóha billi toffri skema sussidjata sabiex persuni b' diúabilita' u familjari tagóhom ikunu jistgóu jagómlu uúu mis-servizz tal-Pager.
Naturalment, óafna huma konxji minn dan is-servizz offrut minn dinil-kumpanija, servizz li permezz tiegóu, tkun tista' tagómel kuntatt ma' persuna f' kull óin u f' kull post li tkun fih. Servizz li fid-dinja mgóaííla tal-lum huwa essenzjali. Issa l-iSkyTel qed tagómilha aktar faðli góall-persuni b' diúabilita' u l-familjari tagóhom biex jibdew jagómlu uúu minn dan is-servizz.
Kif wieóed jista' jirrealizza, din l-iskema úgur li tista' tkunutli óafna kemm góall-persuni b' diúabilita' innifishom u kif ukoll góall-familjari tagóhom. Dan góaliex matul il-íurnata dawn óafna drabi jkollhom búonn jikkuntattjaw lil xulxin malajr, speðjalment meta ma jkunux ódejn xulxin.
Inóossni fid-dmir, bóala Ministru responsabbli mill-Iúvilupptal-Persuni b' Diúabilita', li nifraó lill-kumpanija SkyTel ta' din l-inizjattiva tagóha góaliex biha, qed tikkontribwixxi góal dak li l-Gvern irid jikseb góall-persuni b' diúabilita'. Fi kliem ieóor, li dawn il-persuni igawdu minn Opportunitajiet Indaqs reali, prattiði u taníibbli.
Il-Gvern fi ftit íimgóat oóra se jressaq quddiem il-Parlamentil-Liíi góall-Opportunitajiet Indaqs góall-Persuni b' Diúabilita'. Dan se jkun úvilupp importanti f' dan il-qasam, forsi l-aktar wieóed importanti li qatt sar. Imma l-liíi waóedha ma tibdilx l-affarijiet.
Aóna lkoll kemm aóna bóala ðittadini u bóala soðjeta' rridunwettqu fil-prattika dak li tgóid il-liíi billi mhux biss nosservawha imma wkoll, bl-azzjonijiet u bl-góemejjel tagóna, verament niggarantixxu opportunitajiet indaqs góall-persuni b' diúabilita'. Il-kumpanija SkyTel qegóda tagóti eúempju óaj ta' kif dan jista' jsir, anke jekk il-Liíi góadha lanqas biss daólet fis-seóó.
Mill-ídid nifraó lid-Diretturi ta' din il-kumpanija,nirringrazzjahom ta' l-inizjattiva soðjali ídida tagóhom li qed jieódu b' risq il-persuni b' diúabilita' u nawguralhom kull suððess góall-íejjieni."
(Waqt din l-okkaújoni tkellmu wkoll il-Ministru Joe Mizzi, il-Presidenta tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diúabilita' Dr. Sylvia Zrinzo, ic-Chairman ta' l-istess Kummissjoni s-Sur Joe Camilleri u d-Direttur Maniíerjali tal-kumpanija SkyTel is-Sur Joe Azzopardi).
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow