Kors ghal Social Workers f'Ghawdex
PR1917
07/10/1997
| Fic-Centru ghal Ghawdex ta' l-Universita' ghadu kemm beda kors li | jwassal ghal Certifikat fil-Kura Socjali. L-iskop tal-kors huwa li jghin fl-izvilupp ta' servizzi ta' kura socjali f'Ghawdex bil-ghan li jtejjeb il-kwalita' tal-hajja ta' persuni bi problemi socjali. |
| Il-kors gie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr | Anton Refalo u qed jattendu ghalih 46 student. Il-kors huwa mifrux fuq sitt xhur fuq bazi part-time u jinkludi suggetti bhal psikologija u s-socjologija u aspetti ta' legizlazzjoni fuq hidma u sigurta' socjali. Dr Refalo qal li l-kors huwa relevanti hafna fir-realta' socjali tal-lum. Huwa qal li l-Gvern huwa impenjat li jghin anke lill-volontarjat u organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jizviluppa servizzi ta' appogg bil-ghan li persuni bi problemi socjali ma jkunux emarginati u jigu integrati tajjeb fis-socjeta'. |
| Dan il-kors huwa organizzat mill-Universita' bil-kollaborazzjoni | tas-Social Welfare Development Programme (SWDP), is-Social Work and Social Administration Unit tad-Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita' u bl-appogg tal-Ministeru tas-Sahha u tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901