Il-Jum Dinji ta' l-Ikel - Festa Popolari fil-Buskett
PR1916
07/10/1997
| Bhala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Ministeru tal-Biedja | u Sajd b'konnessjoni mal-Jum Dinji ta' l-Ikel, nhar il-Hadd, 12 ta' Ottubru 1997, se tigi organizzata Festa Popolari fil-Gonna tal-Buskett. |
| Malta nghaqdet ma' pajjizi ohra mid-dinja kollha biex, taht l-awspici | tal-Ghaqda Dinjija ta' l-Ikel (FAO), jingabru fondi u preserves biex jigu mghoddija lil dawk li qeghdin ibatu l-guh madwar id-dinja. Il-guh fid-dinja ghadu jeqred miljuni ta' hajjiet, inkluzi tfal u morda. Huwa stmat li aktar minn 800 miljun persuni ibatu l-guh. |
| Il-Festa Popolari tal-Buskett, il-Hadd li gej, hija ntiza biex | il-familji Maltin jaghtu s-sehem taghhom f'din l-attività. |
| Fil-Buskett, il-familji jkunu jistghu jiddevertu u jghinu. Minbarra | li se jigbru ghotjiet ta' preserve u flus, ic-Centru Animazzjoni Missjunarja ser ikollhom ukoll ghal-biegh ikel Malti. L-Ghaqda tal-Ghomja "Torball" se tmexxi fiera zghira. Bhala attività edukattiva n-Nutrition Unit tad-Dipartiment tas-Sahha ser ikollhom stand min fejn jinghataw pariri dwar l-ikel u s-sahha. Kantanti popolari Maltin wkoll ser jaghtu s-sehem taghhom f'varjetà li tibda fit-3.00 ta' wara nofsinhar. |
| L-attività ghat-tfal ser tibda mill-10.00 ta' filghodu. Ser ikun | hemm varjetà ta' loghob. Barra minn hekk it-tfal se jkunu jistghu jirkbu fuq il-ponijiet u jaghmlu dawriet bil-karozzin mal-Buskett. Ser jigu organizzati wkoll dawriet kulturali u attivitajiet ohra. |
| Ghalhekk il-familji Maltin, li minn dejjem kienu generuzi, ghandhom | jaghtu sehemhom f'din il-kawza nobbli, li jghinu bil-fatti lil min hu bil-guh, billi l-Hadd li gej mill-10.00 ta' filghodu 'l quddiem jattendu ghal din il-Festa Popolari fil-Buskett. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901