Left arrow Go Back

Ir-riabilitazzjoni fis-socjeta' ta' pazjenti b'mard mentali

PR1898
Date Icon 03/10/1997
"Grazzi ghall-generozità tas-Sur Neville Fenech u l-managementtal-Golden Sands Hotel, erbatax il-pazjent mill-iSptar Monte Carmeli kif ukoll erba' mpjegati gew moghtija tliett ijiem u zewg iljieli full board b'xejn fil-lukanda msemmija". Dan qalu l-Ministru Ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia meta ltaqa' mal-pazjenti fil-lukanda Golden Sands.
Dawn il-pazjenti qattghu dawn il-granet jghixu hajja normali ta'lukanda mhallta mar-residenti barranin u jieklu fl-istess ristorant maghhom. Il-pazjenti ttiehdu hargiet kulturali u anke wzaw it-trasport pubbliku. Dan jawgura tajjeb ghal programm ta' rijabilitazzjoni tal-marid mentali.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-Kummissjoni Nazzjonalighas-Sahha Mentali qieghda tipprepara White Paper li twassal ghal titjieb fir-rijabilitazzjoni fis-socjeta' tal-pazjenti b'mard mentali.
Il-Ministru Farrugia semma wkoll li ser tkompli ssir hidma sabiexisir ir-refurbishing kollu necessarju tas-swali kollha tal-iSptar Monte Carmeli. Certi kuncetti ta' swali hemm bzonn li jinbidlu ghal kollox.
Fil-granet li gejjin se jsiru diversi attivitajiet dwar is-sahhamentali, se tinfetah 'Day Rehabilitation Unit for the Elderly' fl-isptar u wkoll qed jigi refurbished is-Social Centre sabiex jitgawda kemm mill-pazjenti, kif ukoll mill-familjari taghhom u l-istaff kollu ta' l-isptar.
Il-Ministru Farrugia kompla jghid li se jibqa' ghaddej bil-programmta' dixxiplina fost l-impjegati tad-dipartiment kollu ghaliex jemmen li kullhadd ghandu jigbed habel wiehed. Huwa fahhar lil maggoranza kbira ta' haddiema tax-xoghol, id-dixxiplina u d-dedikazzjoni taghhom lejn il-pazjenti, biss hu mhux lest li jhalli li l-ftit ihammgu lill-maggoranza tal-impjegati.
Huwa qal li ghalkemm qed isir theddid f'sens li hemm xi hadd li majixtieqx li jibqghu isiru dawn l-ispot checks, xorta wahda se jibqghu isiru. Fl-ahhar mill-ahhar bis-sens ta' serjeta kif ukoll bis-sens ta' responsabbilta' jkunu qieghdin igawdu kemm dawk li verament ghandhom bzonn, u li huma hafna, kif ukoll il-pazjenti ta' l-isptarijiet u dawk kollha li jigu biex juzaw is-servizzi tad-Dipartiment tas-Sahha.
Il-Ministru Michael Farrugia awgura l-isbah xewqat lill-pazjenti uawguralhom ghall-kumplament tal-harga taghhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow