Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Farrugia jiftah il-Konferenza tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani

PR1895
Date Icon 03/10/1997
Illum saret l-ewwel Konferenza Nazzjonali tal-Kunsill Nazzjonali ta'l-Anzjani flimkien mad-divizjoni tal-Gerontologija u Gerjatrija ta' l-Universita' ta' Malta. Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia fetah din il-konferenza b'diskors bit-tema "Intejbu Sahhet l-Anzjan Malti."
Il-Ministru Michael Farrugia ta' harsa lura lejn l-istorjatas-servizzi socjali f'Malta u semma' kif qabel, malli persuna tispicca mix-xoghol kienet trid tghix bil-karita' li tigi moghtija lilha minn familjari kif ukoll minn shabhom stess li kienu jahdmu maghhom. Illum il-gurnata, bis-sahha ta' servizzi socjali ghandna sistema li tahseb sa minn qabel it-twelid sa l-mewt ta' kull individwu.
Il-Ministru Farrugia semma' kif fl-ahhar snin qed titfacca l-problemata' faqar gdid, faqar ta' solitudni. Huwa semma kemm huwa importanti li l-bond bejn l-ulied u l-genituri ma tintilifx ghax l-anzjan jista' jasal ghal stat ta' dipressjoni u sens ta' frustrazzjoni.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li bhal ma' nurses, careworkers u socialassistants jitghallmu "handling" ta' pazjenti, hekk ukoll qed tinhass il-htiega li l-familjari wkoll jitghallmu kif jiehdu hsieb il-familjari anzjani taghhom, sabiex ma jbatux.
Il-Ministru semma' kif qed tinhass aktar il-bzonn li l-kuraprimarja tissahhah hafna aktar dwar prevenzjoni u direzzjoni dwar il-mard ta' l-anzjani. Jinghataw aktar taghlim dwar dieta' u li l-kura ma tiddependix mill-pilloli u medicini biss, imma anke mid-dieta' li wiehed jaghmel u t-tip ta' hajja li jghix. Hawnhekk, il-Ministru Farrugia semma l-bzonn li l-anzjani ma jiehdux il-medicini b'xejn meta ma jkollhomx bzonnhom. Huwa enfasizza li meta l-medicini ma jkollhomx bzonnhom u ma jehduhomx ma jintilifx id-dritt tal-medicini b'xejn.
Il-hela trid tispicca sabiex is-servizz tal-medicini jissahhahdejjem aktar. Huwa spjega kif qed isir studju dwar kif il-medicina tkun tista' tingabar mill-ispizerija li wiehed irid. Progett li diga kien qieghed jigi studjat izda li kien sfaxxa.
Il-Ministru semma wkoll kazijiet fl-Isptar San Luqa, fejn pazjentianzjani jkunu hadu l-kura kollha necessarja, izda tal-familja ma jkunux iriduhom maghhom. Huwa qal li bejn wiehed u iehor dejjem ikun hemm mas-sittin pazjent kull darba, li jfisser li fl-Isptar San Luqa hemm zewg swali mimlijin b'anzjani li jistghu jmorru lura d-dar, izda li l-familjari ma jriduhomx f'darhom.
Il-Ministru Michael Farrugia awgura success ghal din l-ewwelkonferenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow