Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti jiehu sehem f'Konferenza Ewropea ta' l-Isport
PR1879
02/10/1997
| Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, | in-Nutar Joe Cilia indirizza it-tlettax-il konferenza Ewropea ta' l-Isport f'Amsterdam fit-tieni jum taghha. Fid-diskors tieghu, in-Nutar Cilia rrefera ghar-rwol li l-isport ghandu fil-hajja moderna, kemm dak socjali u kemm dak ta' mezz ghall-hajja aktar sana. |
| Huwa ghamel enfasi fuq il-htiega li l-ghaqdiet volontarji jinghataw | l-ghajnuna kollha mehtiega biex tizdied aktar il-partecipazzjoni fl-isport. Is-Segretarju Parlamentari nhatar wkoll bhala Chairman ta' sessjoni ta' l-istess konferenza. |
| Il-konferenza, li ghaliha attendew delegazzjonijiet mill-istati | kollha ta' l-Ewropa giet indirizzata mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Juan Antonio Samaranch, fost kelliema ohra distinti. |
| L-ghan principali tal-konferenza hu li tinsab soluzzjoni | ghall-hafna problemi li qed jiffaccja l-isport fl-izvilupp li ghaddejja minnu l-Ewropa. |
| Il-konferenza irrikonoxxiet b'sodisfazzjoni l-fatt li fit-Trattat | ta' Amsterdam li gie ffirmat mill-membri ta' l-Unjoni Ewropea din il-gimgha, ddahhlet ghall-ewwel darba referenza ghall-isport u l-importanza li l-ghadqiet sportivi ghandhom fil-hajja moderna. |
| Ma' l-gheluq tal-konferenza bdew it-thejjijiet ghall-konferenza li | jmiss li ser issir f'Malta fl-1999. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901