Il-Prim Ministru jiltaqa' mal-komunitajiet Maltin ta' Toronto u ta' New York
Il-Prim Ministru Alfred Sant iltaqa' mal-komunitajiet Maltin u Ghawdxin ta' New York u ta' Toronto. Matul dawn il-laqghat il-Prim Ministru sahaq dwar il-htiega li l-Maltin u l-Ghawdxin, kullimkien, jibqghu maghqudin quddiem l-isfidi li jkollhom quddiemhom, kemm f'arthom kif ukoll f'pajjizna. Dr. Sant qal li minkejja li l-Maltin jista' jkollhom fehmiet differenti ta' dak li jkun qieghed isehh, ghandna naqblu li l-Maltin jibqghu kollha maghqudin, irrispettivament mid-diversita' ta' l-opinjonijiet taghna, inkunu fejn inkunu.
F'intervista fuq televizjoni f'Toronto, il-Prim Ministru tkellem dwar diversi suggetti ta' nteress ghall-komunita' Maltija. Il-Prim Ministru tkellem dwar il-bzonn ta' l-ghaqda bejn il-Maltin u l-Ghawdxin kollha, inkluz dawk fil-Kanada, l-Istati Uniti u l-Awstralja. Dr. Sant spjega l-vantaggi tal-politika gdida tal-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea u l-mizuri li se jithabbru fil-Budget ta' Novembru biex jaghmlu tajjeb ghas-sitwazzjoni finanzjarja mweghra li wiret il-Gvern.
Il-Prim Ministru qal li fl-ahhar xhur komplew tjiebu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kanada. Gie ffirmat ftehim ghal gbid ta' film f'Malta u ghaddejjin tahditiet biex delegazzjoni kummercjali Kanadiza zzur Malta fuq livell bilaterali. Il-Gvern Kanadiz wkoll accetta proposti tal-Gvern Malti ghal kooperazzjoni akbar fil-Konferenza tas-Sigurta' (OSCE).
F'Toronto l-Prim Ministru kellu laqgha mal-Komunita' Maltija fil-Knisja ta' San Pawl Appostlu u attenda ghal tifkira tal-75 anniversarju tas-Socjeta' Maltija-Kanadiza ta' Toronto. Laqgha ohra li ghaliha attenda l-Prim Ministru kienet dik tal-Melita Soccer Club. Attenda wkoll ghall-kuncert annwali tal-Bank of Valletta fil-Malta Band Club, Mississauga. Il-Prim Ministru ltaqa' mal-Veterani Maltin fil-konsolat Malti ta' Toronto, zar il-Kazin ta' l-Ghawdxin u ltaqa' mal-Kumitat tal-Kazin Laburista ta' Toronto.
Qabel wasal f'Toronto, il-Prim Ministru ltaqa' wkoll mal-komunita' Maltija ta' New York f'Astoria. Dr. Sant radd hajr lill-Maltin ta' New York ghall-kontribut mill-aktar siewi li taw lill-kontinwazzjoni tal-hajja f'pajjizna. Il-Prim Ministru enfasizza li l-Gvern il-gdid huwa mpenjat li jimmodernizza lil Malta, li jgib il-finanzi tal-pajjiz fuq saqajhom u li jinholqu impjiegi produttivi waqt li titnaqqas l-ispiza tal-Gvern.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti jemmen f'demokrazija moderna kif imhaddma fl-Istati Uniti u fl-Ewropa, skond ic-cirkostanzi ta' Malta. Dr. Sant qal li fl-ahhar sena il-Gvern Malti sab l-akbar ghajnuna tal-Gvern Amerikan fil-glieda kontra t-traffikar tad-droga. Dwar ic-cittadinanza doppja. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jikkonsidra kif tista' titjieb is-sitwazzjoni. Fi New York il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Gnus Maghquda, is-Sur George Saliba.
Il-Prim Ministru ghada jtemm iz-zjara tieghu fil-Kanada meta jiltaqa' ma' l-Assocjazzjoni Maltija-Kanadiza tan-Negozju u ma' rapprezentanti tal-Gvern ta' Ontario. Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-Onor. Carmelo Borg, M.P., minn Dr. Mark Micallef, Kummissarju Gholi Designateghall-Kanada, mis-Sur Alfred Dalli, Konslu Generali ta' Malta f'Toronto u mis-Sur Joe Borg, Assistent Personali tal-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901