Left arrow Go Back

Tinghata l-Premju Anzjan Attiv tas-Sena

pr1857
Date Icon 29/09/1997

Is-serata ta' premjazzjoni ta' l-"Anzjan Attiv tas-Sena" saret fir-residenza ta' San Vincenz de Paule, Hal-Luqa. Is-serata, li fiha hadu sehem kantanti u muzicisti stabbiliti, saret il-bierah il-Hadd, 28 ta' Settembru.

Il-premju ntrebah minn Sister Maria Laura Tanti li giet riferuta mill-Kunsill Lokali ta' Hal Tarxien. Sr Tanti hi mwielda Haz-Zebbug u ghandha tmenin sena. Hija bdiet il-karriera taghha bhala ghalliema fl-iskejjel tal-Gvern. Fl-1943 issiehbet mas-Sorijiet tal-Karità u bdiet tghallem lin-novizzi. Hija kompliet tghallem f'diversi skejjel u lahqet ukoll kap ta' skola.

Matul il-karriera hija nghatat diversi rikonoxximenti ghax-xoghol taghha, fost ohrajn minghand l-Arcisqof Michael Gonzi, Knights Hospitallers u l-ex Prim Ministru Duminku Mintoff.

Fost il-hidma li twettaq illum hemm:

pariri lill-genituri u nies fil-bzonn,

ghajnuna lit-tfajliet fil-bzonn biex jizzewgu,

ghajnuna biex jigu addottati tfal iltiema,

zjarat lill-anzjani f'San Vincenz u lill-morda ta' Mount Carmel,

ghajnuna biex jingabru flus ghal-dawk li jkollhom bzonn isiefru minhabba mard,

tqassim ta' letteratura spiritwali u edukattiva.

Sister Tanti tat bidu ghal hafna progetti u fondazzjonijiet f'Malta u wkoll barra minn pajjizna. Hija wkoll responsabbli mill-motto "All the World is our Parish". Ta' spiss tigi wkoll mistiedna biex taghti lectures fl-aspetti spiritwali u socjali tal-hajja.

Dr Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, f'kelmtejn ta' l-okkazjoni, qal li dan il-jum huwa ddedikat ghall-anzjani biex jinghata gieh lil attivita' u l-kontribut kbir li jaghtu lis-socjetà Maltija.

Dr Buhagiar kompla qal li l-anzjani hemm bzonn li jibqghu fizikament, mentalment u socjalment attivi, ghaliex huwa verament il-kaz li din hi c-cavetta tal-kuntentizza taghhom. Importanti li l-anzjani jzommu ruhhom attivi ghax b'hekk jistghu jbieghdu l-mard fiziku u mentali.

Hu qal li irridu nuru li huwa wkoll ta' privilegg li wiehed ikun anzjan billi jkollu prova ta' kemm ikkontribwixxa bl-attività tieghu. L-anzjanità hija zmien ta' opportunitajiet sbieh, fejn wiehed ikollu cans jaghmel dak kollu li jixtieq. Jekk ikunu passivi, jibdew jiddependu fuq haddiehor, anke f'affarijiet li jistghu jaghmlu huma u jispiccaw biex jemarginaw rwiehom.

Is-Segretarju Parlamentari qal li biex l-anzjan ikun jista' jzomm ruhu attiv hemm bzonn ukoll li jigi ppreparat tajjeb ghal meta jirtira. Hemm bzonn li wiehed jigi nfurmat dwar il-problemi li jista' jiltaqghu maghhom l-anzjani meta jirtiraw mix-xoghol minn qabel. Huwa qal li huwa importanti li wiehed ikun preparat permezz ta' korsijiet li qed jigu organizzati minn entitajiet governattivi u privati.

Dr. Buhagiar ferah lil Sister Maria Laura Tanti ghall-kontribut li qed taghti fis-socjetà taghna u awguralha sahha biex tkompli l-hidma taghha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow