Stqarrija mill-Ministeru ghall-Harsien Socjali bi twegiba ghal Stqarrija tal-U.H.M.
Il-Ministeru tal-Óarsien Soðjali jikkundanna l-mod kif il-Union Óaddiema Magóqudin uúat inðident traíiku fuq il-post tax-xogóol biex tattakka lill-Ministru góall-Óarsien Soðjali Edwin Grech dwar il-Kummissjoni góall-Promozzjoni tas-Saóóa u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xogóol.
Fl-istqarrija tagóha, il-Union Óaddiema Magóqudin donnha riedet timplika li l-óaddiem in kwistjoni tilef óajtu góaliex il-Kummissjoni imsemmija góadha ma íietx ikkostitwita mill-ídid. Mingóajr ma wieóed jidóol f' wisq dettal dwar inðident li góadu s-suííett ta' inkjesta maíisterjali u ta' nvestigazzjoni mid-Dipartiment tax-Xogóol, wieóed ma jistax ma jikkummentax li dan huwa argument purament banali, li jnaqqas mill-kredibilita' ta' min jagómlu u li jkompli júid id-dulur tal-familjari tal-persuna mejta.
Il-Ministeru tal-Óarsien Soðjali bóalissa góaddej bit-tóejjijiet tiegóu biex jería jikkostitwixxi il-Kummissjoni imsemmija. Imma sadattant, kontra dak li donnha riedet timplika il-UÓM, il-Ministeru la kien u lanqas qiegóed b' idejh fuq úaqqu ma jagómel xejn fl-ebda qasam li jaqa' taótu, b' mod partikolari, fil-qasam tas-saóóa u s-sigurta' fuq ix-xogóol.
Il-Ministeru tal-Óarsien Soðjali, flimkien ma' l-istess Kummissjoni imsemmija u mat-Taqsima tas-Saóóa u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xogóol fi ódan id-Dipartiment tax-Xogóol, ilu sa' mill-ewwel jiem tal-Gvern preúenti jaódem bis-sóió biex isaóóaó il-óarsien tas-saóóa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogóol u júid il-kuxjenza f' dan il-qasam.
Dan góamlu u góadu qed jagómlu permezz ta' diversi inizjattivi, fosthom kampanja edukattiva li minn hawn u ftit ieóor se tkun mifruxa wkoll fuq it-televiújoni, seminar nazzjonali dwar aspetti ta' saóóa u sigurta' fuq ix-xogóol li se jibqa jsir kull sena, il-pubblikazzjoni ta' Kodiði ta' Prattika góall-Industrija tal-Bini u t-tnedija ta' Kors Universitarju li jwassal góal Diploma fil-Óarsien tas-Saóóa u s-Sigurta' fuq ix-xogóol. Dan ta' l-aóóar se jservi mhux biss biex jiúdiedu l-ispetturi preúenti, iúda se jkun miftuó ukoll góal individwi mill-qasam trejdjunjonistiku, mill-qasam industrijali u góal kull min irid jimpenja ruóu f' dan ix-xogóol.
Barra minn hekk, saru diversi abbozzi ta' regolamenti li qed jiíu diskussi fosthom dwar Búonnijiet Minimi góal Saóóa u Sigurta', l-Uúu ta' Apparat fuq ix-Xogóol u d-Drittijiet u d-Dmirijiet tal-Óaddiem u ta' Min Ióaddem. Mhux biss, iúda dawn l-istess abbozzi ta' regolamenti, flimkien ma' materji oóra gew ukoll imressqa góad-diskussjoni fil-Kumitat góall-Affarijiet Soðjali tal-Kamra tad-Deputati. Zgur li l-Union Óaddiema Magóqudin hija infurmata b' dawn l-affarijiet u allura ma kellha qatt toóroí bl-argumenti li óaríet bihom fl-istqarrija tagóha.
Rigward l-argument dwar it-twaqqif ta' Awtorita', il-Ministeru kemm-il darba góamilha ðara li góalkemm din tista' tkun ta' benefiððju, óadd ma jista jargumenta li din tkun is-soluzzjoni tal-problemi eúistenti. Kien góalhekk illi l-Ministru góall-Óarsien Soðjali talab lil kull min jaóseb li góandha titwaqqaf Awtorita', biex jispjega b' mod taníibbli u oííettiv, ir-raíunijiet góalfejn góandu jkun hemm Awtorita' u mhux xi struttura oóra. Góalhekk kull deðiújoni li titieóed f' dan ir-rigward góandha tittieóed b' mod razzjonali, wara konsultazzjonijiet wiesgóa ma kull min huwa konðernat u bil-konvinzjoni li biha nkunu se nimxu 'il quddiem u mhux lura jew nibqgóu fejn inkunu.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901