Il-Ministru ghad-Djar jiltaqa' ma' Dr Josie Muscat
L-Eden Foundation qeghda tipproponi l-bini ta' djar apposta biex tinghata l-opportunita' lill-klijenti taghhom li jghixu hajja kemm jista' jkun indipendenti. Ghal dan il-ghan, dalghodu, il-President tal-Fondazzjoni, Dr. Josie Muscat, iltaqa' mal-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, fil-Ministeru, il-Furjana, fejn ressaq formalment dan il-hsieb tieghu.
Dr. Muscat qal li wara x-xoghol kbir li twettaq mill-Fondazzjoni, qeghdin isibu li hafna mill-klijenti taghhom, wara l-hin tax-xoghol, fi tmiem il-gimgha jew matul ix-shut-down tal-fabbriki, qeghdin isibu ruhhom 'il boghod mill-hbieb u qed ihossuhom wahedhom. Huwa qal li din il-problema tinhass l-aktar fejn il-genituri taghhom ikunu anzjani.
Il-Ministru qal li l-Ministeru ghandu policy apposta ghall-persuni bi bzonnijiet specjali u diga' pprovda akkomodazzjoni lil persuni b'dizabilita' mentali biex dawn jghixu b'mod indipendenti. Huwa talab lil Dr. Muscat biex jaghmillu rapport dwar it-talba tal-Fondazzjoni biex huwa mbaghad ikun jista' jiddiskutih ma' l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali. Ghall-Fondazzjoni kien hemm is-Sinjuri, Ray Demicoli, Amministratur, Vince Borg, Direttur Servizzi ghall-Adulti u Charles Muscat, Works Manager.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901