"Il-Gvern impenjat li jtejjeb u jsahhah is-servizzi lill-Anzjani" - Il-Prim Ministru
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal dalghodu li fiz-zmien li gej il-Gvern se jkun qieghed jevalwa r-rizorsi u s-servizzi tal-Gvern lill-anzjani biex ikomplu jitjiebu u jissahhu. Il-Prim Ministru qal dan meta zar id-Dar ta' l-Anzjani ta' l-Imtarfa fejn iltaqa' mar-residenti anzjani tad-dar u anke zar ix-xoghol ta' estensjoni li qed isir f'din id-dar li mistenni jitlesta f'Ottubru li gej. Il-Prim Ministru tkellem dwar il-htiega li s-servizzi ezistenti jigu imtejba, sostnuti u imkabbra.
Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, il-Prof. Louis Buhagiar, li akkumpanja lill-Prim Ministru, qal li l-parti l-gdida tar-residenza ta' l-Imtarfa se tkun accessibbli wkoll ghal dawk l-anzjani li huma kompletament dipendenti mis-servizzi tad-dar. Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar l-impenn tal-Gvern biex jitjiebu s-servizzi moghtija lill-anzjani. I l-Prof. Buhagiar qal li ghalkemm hemm numru ta' anzjani fuq il-'waiting lists', huma biss ftit il-kazijiet urgenti ta' anzjani li ghandhom jigu accettati f'din id-dar.
Fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa bhalissa hemm mija u hames anzjan.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901