Ftuh Ufficjali ta' Wirja ta' Progetti tan-Nursing Aides
'Is-sahha tal-pazjent ghandha tigi l-ewwel u qabel kollox". Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiret tal-Familja, it-tabib Michael Farrugia, meta fetah ufficjalment wirja ta' progetti mtellgha minn studenti mill-kors tan-nursing aides, fil-foyer tat-teatru tar-residenza ta' San Vincenz de Paule.
Il-Ministru Farrugia qal li apparti x-xoghol ta' mmodernizzar fis-swali tal-isptarijiet, centri tas-sahha, bereg u residenzi ghall-anzjani, qed inharsu wkoll lejn it-tip ta' tmexxija gdida u moderna fl-isptarijiet taghna.
Bin-numru ta' nursing aides li se jigradwaw se jwassal sabiex l-infermiera jkunu jistghu jigu mghejjuna fix-xoghol taghhom u ser tghin ukoll sabiex tigi mtaffija xi ftit il-problema ta' nuqqas ta' infermiera fl-isptarijiet. L-infermiera jkunu jistghu jigu mpoggija f'xoghol aktar produttiv relatat aktar skond il-professjoni taghhom.
Il-Ministru Farrugia semma wkoll li r-rizultati tal-paramedic aides ghandhom jigu mhabbra fil-granet li gejjin sabiex jibdew il-kors li jwassal biex meta jigradwaw ikun jista' jsir uzu taghhom u certi dipartimenti jkunu jistghu jitmexxew b'mod aktar efficcjenti.
Il-Ministru Michael Farrugia kien impressjonat hafna bil-livell ta' progetti li tressqu mill-istudenti tan-nursing aides u kompla jghid li dan jawgura tajjeb ghall-livell ta' haddiema li mistennija li jidhlu fis-settur tas-sahha l-l-quddiem.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901