Spezzjonijiet fi swieq li jarmaw fil-berah
Minn nhar il-Gimgha, 12 ta' Settembru 1997, id-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa u d-Dipartiment tal-Kummerc bdew jibaghtu l-ispetturi taghhom fis-swieq li jarmaw fil-berah fid-diversi lokalitajiet f'Malta u f'Ghawdex sabiex jassiguraw li l-bejjiegha qed josservaw l-obbligi taghhom skond il-ligi fir-rigward ta' ghoti ta' rcevuti u mmarkar ta' prezzijiet fuq il-prodotti.
Ghal dan il-ghan, diga' saru spezzjonijiet fis-swieq ta' Birkirkara, il-Monti l-Belt, Hal-Qormi, Marsaxlokk, ir-Rabat (Malta) u l-Mosta. Mill-ispezzjonijiet li saru s'issa f'dawn is-swieq, instab li 33 bejjiegh ma hargux ircevuta fiskali minhabba li ma kellhomx cash register jew il-cash register kien bil-hsara jew sempliciment l-ircevuta ma nhargitx mal-bejgh. Irrizulta wkoll li 23 bejjiegh ma kellhomx il-prodotti mmarkati bil-prezz.
Ittiehdu l-partikolaritajiet ta' dawn il-bejjiegha biex jitkomplew proceduri skond il-ligi kontra taghhom fil-futur qarib.
Id-Dipartimenti msemmija jergghu jfakkru li dawn l-ispezzjonijiet ser jitkomplew fil-gimghat li gejjin sabiex jassiguraw l-osservanza tal-Ligi.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901