Il-Vici Prim Ministru f'laqgha mal-Princep Zeid Ibn Raed tal-Gordan
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, illum kellu laqgha ta' kortesija mal-Princep Zeid Ibn Raed tal-Gordan.
Il-Princep Zeid u t-Tabib George W. Vella iddiskutew, fost affarijiet ohra, il-htiega tat-twaqqif ta' Qorti Kriminali Internazzjonali fl-ambitu tas-sitwazzjoni nternazzjonali. Din il-Konferenza hija organizzata mill-Kumitat Internazzjonali "No Peace Without Justice".
Mal-Princep Zeid, il-Vici Prim Ministru, Dr George W. Vella, wera s-sodisfazzjon tal-Gvern Malti li din il-konferenza qed tiltaqa' f'Malta u kif din hija konformi mal-politika barranija tal-Gvern dwar il-paci u s-sigurta' fid-dinja, specjalment fir-regjun tal-Mediterran. Il-Vici Prim Ministru emfasizza li Malta taqbel mat-twaqqif ta' din il-Qorti Internazzjonali.
Il-Vici Prim Ministru u l-Princep iddiskutew is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn il-Gordan u Malta u l-possibilta' ta' l-iffirmar ta' ftehim bilaterali bejn iz-zewg pajjizi.
Il-Vici Prim Ministru stieden lill-"Crown Prince" tal-Gordan biex izur Malta.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901