Left arrow Go Back

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, iqassam appointments lill-impjegati tad-Dipartiment tas-Sahha

pr1732
Date Icon 11/09/1997

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, t-Tabib Michael Farrugia waqt tqassim t'appointments lil ghadd t'impjegati tad-Dipartiment tas-Sahha qal li d-decizjoni ghat-tkomplija ta' Sptar Gdid f' Tal-Qroqq ittiehdet.

Il-Ministru Farrugia qal li d-decizjoni kellha tittiehed sabiex Malta jkollha sptar generali akut gdid u modern ghall-htigijiet tac-cittadini. Huwa qal li minkejja dan il-gvern ma ttraskurax l-isptarijiet l-ohra tal-gvern. Huwa qal li fil-jiem li gejjin ser jinfetah d-Day Care Surgery Unit fl-iSptar San Luqa. Dan ser ikun parti mis-sistema gdida ta' management fl-isptarijiet.

F'dan il-unit se jibdew isiru operazzjonijiet zghar u l-pazjent ikun jista' jidhol l-isptar filghodu u johrog filghaxija. Il-Ministru Michael Farrugia semma wkoll operazzjoni gdida li saret ghall-ewwel darba din il-gimgha fl-Isptar San Luqa. Qed jinxtera wkoll apparat gdid fl-isptar San Luqa halli jittejjeb is-servizz tas-sahha. L-immodernizzar qed isir ukoll gewwa l-isptar Sir Paul Boffa kif ukoll fl-Isptar Monte' Carmeli.

Huwa qal li dawn is-servizzi huma parti biss mill-wieghda tal-partit Laburista li qabel l-elezzjoni kien jghid li jrid l-isptarijiet tal-gvern l-aqwa fil-pajjiz.

Huwa semma wkoll li ghalkemm fil-'Medical Stores' is-sitwazzjoni hija hafna ahjar minn Ottubru 1996 fejn il-gvern Laburista sab 'Medical Stores' sfaxxat, minghajr sistemi, xorta ghadu mhux mija fil-mija kuntent.

Il-Ministru Farrugia qal li qed nibnu sistemi godda, moderni u kompjuterizzati u qed nippruvaw li sa' l-ahhar tas-sena jkollna 'Medical Stores' efficjenti ghall-gid tac-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Huwa fahhar lill-impjegati tal-promozzjoni li hadu u qallhom sabiex huma jibqghu jahdmu ghall- gid tal-pazjenti kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow