Il-Ministru Edwin Grech jiffirma l-Ktieb tal-Kondoljanzi wara l-mewt ta' Madre Tereza ta' Kalkutta
pr1727
11/09/1997
Il-Ministru ghall-Harsien Socjali, Edwin Grech illum iffirma l-Ktieb tal-Kondoljanzi, fil-Kummisjoni Gholja ta' l-Indja f' Malta, b'turija ta' rispett wara l-mewt ta' Madre Tereza ta' Kalkutta.
Il-Ministru Grech kien milqugh mill-Agent Kummissarju Gholi Indjan ghal Malta, Mr. P.P. Sircar.
Il-Ministru Edwin Grech esprima d-dispjacir kbir tieghu ghall-mewt ta' Madre Tereza filwaqt li awgura li x-xoghol kbir li ghamlet matul hajjitha din is-soru b' risq il-fqar tad-dinja jkompli jissahhah wara mewtha.
Mr. Sircar irringrazzja lill-Ministru Grech ghaz-zjara qasira tieghu u ghall-hsibijiet li esprima dwar Madre Tereza.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901