Se ssir l-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar Zghazagh u Housing
Il-Kumitat Konsultattiv dwar Housing u Zghazagh, fil-bidu ta' Novembru li gej, se jorganizza l-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar iz-Zghazagh u l-Housing li se jkollha l-ghan li tidentifika problemi u tipproponi soluzzjonijiet ghall-problemi li jiffaccjaw iz-zghazagh fil-qasam tal-housing. Din il-konferenza se tigi organizzata fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli u s-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, Dr. Joe Cilia.
Dalghodu, il-Ministru Portelli u s-Segretarju Parlamentari Dr. Cilia ltaqghu mal-membri ta' dan il-Kumitat fejn inghataw taghrif dwar il-hidma li qieghed iwettaq. Dan il-kumitat kien twaqqaf aktar kmieni din is-sena bil-ghan preciz li jsiru maghrufa l-fehmiet taz-zghazagh dwar kif il-qasam tal-housing jolqot lis-settur taghhom u biex b'hekk iz-zghazagh jinghataw l-opportunita' li jinfluwenza l-policies tal-Gvern dwar dan is-suggett.
Il-Ministru Portelli ferah lill-Kumitat ghall-hidma fejjieda li qieghed jaghmel. Huwa qal li hidma bhal din hija mehtiega biex il-Ministeru tieghu jsir jaf ahjar il-problemi u b'hekk ikun f'qaghda ahjar li jsib is-soluzzjonijiet ghalihom.
Is-Segretarju Parlamentari, Dr. Cilia filwaqt li awgura lill-Kumitat hidma fejjieda sahaq fuq il-htiega ta' kumitat bhal dan ghaliex huwa importanti li jsiru maghrufa l-aspirazzjonijiet taz-zghazagh f'tema daqshekk essenzjali bhal ma hu l-housing. Ikun sewwa li l-Gvern ikompli jdahhal liz-zghazagh fit-tfassil ta' proposti ghall-politika immedjata u fit-tul tieghu f'oqsma li jolqtuhom mill-qrib.
Il-Membri tal-Kumitat infurmaw lill-Ministru Portelli u lis-Segretarju Parlamentari, Dr. Cilia dwar kif se tizvolgi din il-konferenza li ghandha ssir fit-8 ta' Novembru li gej. Ghal din il-konferenza se jigu mistiedna kelliema esperti fil-qasam tal-housing u se jiehdu sehem fiha firxa wiesgha ta' rapprezentanti minn diversi ghaqdiet taz-zghazagh.
Dan il-Kumitat huwa maghmul minn Dr. Stefan Buontempo, Konsulent, is-Sur Michael Micallef, Assistent Personali fil-Ministeru tad-Djar, is-Sur John Demanuele, Direttur fid-Dipartiment taz-Zghazagh u Kultura, is-Sur Andrew Buhagiar, Liaision Officer fis-Segretarjat Parlamentari ta' Dr. Cilia u s-Sur Josef Buttigieg, mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901