Left arrow Go Back

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, u d-delegazzjoni tieghu il-bierah temmew jumejn ta' tahditiet ma' awtoritajiet politici u kummercjali fil-belt ta' Tokyo, il-Gappun.

pr1711
Date Icon 06/09/1997

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, u d-delegazzjoni tieghu il-bierah temmew jumejn ta' tahditiet ma' awtoritajiet politici u kummercjali fil-belt ta' Tokyo, il-Gappun.

F'laqgha twila bejn il-Ministru Vella, u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Gappuniz, Yukihido Ikeda, gew diskussi numru kbir ta' suggetti. It-Tabib Vella spjega l-politika barranija tal-Gvern Laburista, ir-relazzjonijiet futuri bejn Malta u l-Gappun, kif ukoll ghamel ghadd ta' suggerimenti kif jistghu jissahhu dawn ir-relazzjonijiet u dwar kif jistghu jinfethu aktar opportunitajiet ta' negozju bejn iz-zewg pajjizi.

Gew diskussi wkoll ghadd ta' suggetti ta' politika nternazzjonali, fosthom is-sitwazzjoni fil-Mediterran, fir-regjun Asjatiku-Pacifiku, ic-Cina, u l-Gnus Maghquda.

Il-Ministru Ikeda gie mistieden izur Malta.

Il-bierah filghaxija iktar diskussjoni fuq il-politika barranija u fuq ir-relazzjonijiet bilaterali nzammu bejn iz-zewg nahat waqt pranzu li l-Vici Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Masahiko Komura, ta f'gieh it-Tabib Vella. Matul din id-diskussjoni gew ittrattati l-aktar l-OSCE, r-riforma fil-Gnus Maghquda, u l-futur politiku u ekonomiku tac-Cina.

Minbarra dawn il-laqghat, il-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu kellu laqghat mal-Konslu Generali ta' Malta fil-Gappun, u diskussjonijiet mal-Vici Speaker tal-Parlament Gappuniz, mal-Kamra tal-Kummerc tal-Gappun, mal-Japan External Trade Organization (JETRO), mal-Japan International Cooperation Agency (JICA), u l-Japan Institute of Overseas Investment.

Il-Ministru Vella mistenni lura Malta s-Sibt bil-lejl.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow