Left arrow Go Back

Ic-cifri tan-nies jirregistraw ghax-xoghol

pr1693
Date Icon 04/09/1997

Din li ssegwi hija ittra mibghuta llum, il-Hamis, 4 ta' Settembru 1997, mill-Ministru tal-Harsien Socjali lill-Kap ta' l-Ahbarijiet ta' Radio 101.

Qed jigu pubblikati ukoll ittri mill-E.T.C. u mill-Kap ta' l-Ahbarijiet ta' Radio 101.




MINISTERU TAL-ÓARSIEN SOÐJALI

MINISTRY OF SOCIAL WELFARE

MALTA

IL-MINISTRU

THE MINISTER


Lis-Sur Gordon Pisani

Kap tal-Ahbarijiet

Radio 101

San Gwann

Ghaziz Sur Pisani,

Nirreferi ghall-ittra tieghek mibghuta bil- fax nhar it-Tnejn, l-1 ta' Settembru, 1997.

Fis-sustanza int tixtieq tkun taf x'kienet il-figura tan-nies jirregistraw ghax-xoghol matul Lulju ta' din is-sena u x'kienet l-istess figura gimgha b'gimgha, matul Awissu, u ghaliex ic-cifri ta' Lulju ghadhom, ma gewx ippubblikati.

Nibda billi nwiegbek dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija tieghek dwar il-pubblikazzjoni ta' l-ghadd ta' nies qeghda f'Lulju 1997.

Id-Deputat Chairman ta' l-ETC, Alfred Grixti, fil-fatt ikkonfermali li din ic-cifra ntbaghtet lill-Ufficju Centrali ta' l-Istatistika fis-7 ta' Awissu li ghadda (kopja tal-covering letter mhemuza). Madankollu, jien infurmat li dan l-ufficcju jkun qed jistenna l-figuri dwar in-nies li jkunu qed jahdmu bi qliegh (Gainfully Occupied Population [GOP] ) biex jippubblika l-istampa kollha dwar il-qasam ta' l-impjiegi. Biex isir dan, it-Taqsima tar-Ricerka ta' l-ETC trid tigbor it-taghrif dwar l-ghadd ta nies jahdmu bi qliegh minn ghand employers kemm fis-settur pubbliku u kemm fis-settur privat.

Billi dan il-process jiehu aktar zmien, jidher li l-gbir ta' statistika dwar it-taghrif kollu li ghandu x' jaqsam ma' l-ghadd ta' nies jahdmu u dawk qeghda ma jkunx jista' jigi konkluz qabel tmiem ix-xahar ta' wara. Fil-fatt ninsab infurmat li l-ETC baghtet il-figuri dwar il- GOP nhar it-Tnejn 1 ta' Settembru (kopja tal-covering letter mehmuza wkoll).

Tajjeb li ngharrfek li dan it-time lag mhux xi haga gdida billi fl-1996 l-Ufficcju Centrali ta' li statistika kien ippubblika l-figuri ta Jannar 1996 fit-8 ta' Mejju 1996, ta' Frar u Marzu 1996, fil-31 ta' Mejju 1996, ta' April 1996 fil-15 ta' Lulju 1996, ta' Mejju 1996 fl-1 ta' Awissu 1996, ta' Gunju u Lulju 1996 fit-18 ta' Settembru 1996, ta' Awissu u Settembru 1996 fit-12 ta' Novembru1996, waqt li l-figuri ta' Ottubru 1996 kellhom jistennew sat-30 ta' Jannar 1997 biex jigu ppubblikati. Dan tista' tikkonfermah minn News Releases mahruga mill-Ufficcju Centrali tal-istatistika fid-dati msemmija u li jien cert li l-kamra tal-ahbarijiet tieghek ghandha.

Ghar-rigward tal-qaghda fil-qasam tal-impjiegi matul Lulju nista' nghidlek dan li gej:

  • L-ghadd ta' nies jahdmu zdied b'2,161 minn 139,832 ghal 141,933. Din iz-zjieda hija dovuta principalment ghal 1,899 student li jaghmlu xoghol fis-settur pubbliku matul is-sajf.
  • L-Ghadd ta' nies jirregistraw ghax-xoghol zdied b'538 minn 6,317 ghal 6,855.
  • B'hekk il-Labour Supply zdiedet ghal 149,511 u r-rata ta' nies bla xoghol f' Lulju kienet ta' 4.58 %.
  • Sa Lulju, l-ghadd ta' nies li gew redundant kien ta' 251, li minnhom 238 kienu f' Malta u 13 f' Ghawdex. Il-figura ta' redundancies ghal Awissughadha qed tingabar.

Ghar-rigward tal-figuri ta' Awwissu 1997, ghalkemm m' hijiex prattika normali li dawn il-figuri jigu ppublikati ma nsibx problema biex nghidlek li d-data rilevanti hija maqsuma kif gej:

  • Fit- 8 ta' Awissu kien hemm 6,941 persuni jirregistraw ghax-xoghol,
  • Fil-15 ta' Awissu din il-figura telghet ghal 6,995,
  • Fit-22 ta' Awissu il-figura zdiedet ghal 7,021,
  • Fit-30 ta' Awissu il-qghad naqas ghal 6,985.

Ta min jinnota wkoll li mis-6,855 persuna jirregistraw ghax-xoghol f' Lulju hemm 2,867 li ilhom jirregistraw ghal aktar minn 11-il xahar. Dan ifisser li 41.82 % tan-nies bla xoghol illum, diga ma kienux qeghdin jahdmu taht l-Amministrazzjoni Nazzjonalista meta suppost kien hawn FULL EMPLOYMENT u meta l-ghadd ta' nies bla xoghol zdied minn 4,981 f'Ottubru 1995 ghal 5,628 f'Ottubru 1996, jigifieri zieda ta' 647.

Dan ifisser ukoll li mill-5,628 li kienu qed jirregistraw ghax-xoghol f' Ottubru ta' l-1996, kwazi nofshom jew 2,761 m' ghadhomx jirregistraw ghax-xoghol illum. Dan ifisser li l-bicca kbira hafna taghhom dawn sabu impjieg f' dawn l-ahhar 10 xhur ta' amministrazzjoni Laburista.

Ma jirrizultalix li sa' Ottubru ta' l-1996, int jew l-istazzjon tieghek kellkom xi herqa biex izzommu lill-pubbliku infurmat biz-zieda fic-cifra tal-qghad li kien hemm bejn Ottubru ta' l-1995 u Ottubru ta' l-1996. Anzi int u shabek kontu mhedijin tippruvaw tpingu kulma kien qed jigri f' pajjizna fl-oqsma politici, ekonomici u socjali, li ghalihom kien responsabbli l-Gvern Nazzjonalista, bhala li kien sejjer tajjeb u kollox miexi fuq ir-rubini.

Ghalhekk hbejtu mill-poplu l-fatt li l-qghad kien beda jizdied fl-ahhar tnax-il xahar tal-Gvern Nazzjonalista. U ghadkom tippruvaw tostru dan il-fatt mill-poplu sal-lum billi tippruvaw tpingu stampa li turi li z-zieda fil-qghad hija xi fenomenu li fegg minn mindu gie elett il-Gvern Laburista f' Ottubru li ghadda.

F' dan il-kuntest inhossni fid-dmir li nippubblika l-kontenut tal-korrispondenza ta' bejnietna. Dan qed naghmlu bhala xhieda u ezempju tat-trasparenza li l-Gvern Laburista mhux biss jippriedka imma jipprattika.

Il-Gvern li jien kburi li nifforma parti minnu m' ghandu l-ebda hsieb li jipprova jahbi la l-istatistika dwar il-qghad u lanqas ebda statistika ohra. Hu ghal din ir-raguni li qed nghaddi kopja ta' din il-korrispondenza lill-mezzi kollha ta' l-istampa u x-xandir.

Inselli ghalik,

Prof. Edwin S. Grech

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow