Left arrow Go Back

Ghajnuna lil dawk li jridu jibnu d-dar privata taghhom

pr1682
Date Icon 03/09/1997

Id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali qieghed joffri sa LM3,000 f'ghajnuna biex jikkumpensa ghall-hlas tat-taxxa tas-sisa lil dawk li jkunu jridu jibnu post privat gdid jew ikunu se jwaqqghu post qadim u jibnuh mill-gdid fuq kundizzjoni li din tkun l-ewwel residenza taghhom. Din l-iskema maghrufa bhala SHD 18 qieghda tiehu post l-iskema l-ohra li kienet tikkumpensa ghall-hlas tat-Taxxa tal-Valur Mizjud (VAT) u tapplika biss ghall-hlasijiet li jkunu saru wara l-1 ta' Lulju 1997.

Din l-iskema hija intiza ghal zewg kategoriji ta' nies, jigifieri dawk li jkunu jridu jibnu l-ewwel residenza taghhom u dawk li jkunu jridu jirrangaw jew jibnu mill-gdid dar qadima li jkunu xtraw u li wkoll tkun l-ewwel residenza taghhom.

Ghall-ewwel kategorija d-Dipartiment jaghti 9 fil-mija tal-ispejjez li jkunu saru fuq post gebel u saqaf, sa massimu ta' Lm 1,300. L-ghotja tinkorpora xoghol ta' thammil, pedamenti, bini u konkrit. Tinghata wkoll ghotja ta'12 fil-mija ta' l-ispejjez ghax-xoghol kollu li jsir wara biex il-post jitlesta minn kollox, sa massimu ta' Lm1,200.

Ghat-tieni kategorija tinghata ghotja ta' 8 fil-mija tal-ispejjez ghat-twaqqiegh jew rikostruzzjoni tal-post sa massimu ta' Lm1,600 Dan ix-xoghol jinkludi thammil, pedamenti, gebel u konkrit. Tinghata ghotja ta' 14 fil-mija ta' l-ispejjez ghal xoghol ta' rifinitura sa massimu ta' Lm1,400. Dan ix-xoghol jinkludi tikhil, tibjid, elettriku, plumbing, madum, bibien, twieqi u l-kamra tal-banju.

Hemm kundizzjonijiet ohra marbutin ma' din l-iskema, li dettalji dwarhom jkunu jistghu jinkisbu mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali f'Beltissebh.

Sadanittant id-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Socjali qieghed jerga' jfakkar li z-zmien li fih dawk intitolati ghall-hlas lura tal-VAT fuq xoghol ta' bini gie estiz mill-1 sa l-ahhar ta' Settembru 1997.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow