Left arrow Go Back

Skola Sajf - Fiera Maratona - "Ahna Kreattivi"

pr1662
Date Icon 01/09/1997

Ghat-tieni sena konsekuttiva d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni qeghda torganizza l-progett Skola Sajf. L-Iskola Sajf tilqa' fiha studenti mir-raba' sas-sitt sena ta' l-iskola primarja. L-ghanijiet principali ta' l-Iskola Sajf huma li : toffri lit-tfal attivitajiet ta' taghlim differenti minn dawk li jitghallmu fil-klassijiet matul is-sena skolastika. Taghlim li jsir b'tali mod li t-tfal jifirhu, jirrikrejaw irwiehhomu jitghallmu jkunu aktar kreattivi. Barra minn hekk, l-Iskola Sajf tipprovdi lill-istudenti universitarji fi hdan il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, l-opportunita' li jiehdu esperjenza diretta b'kuntatt shih mat-tfal ghal perjodu ta' zmien.

Il-progett Skola Sajf ghal din is-sena beda fl-14 ta' Lulju u jintemm fit-12 ta' Settembru. Tfal mir-raba' sas-sitt sena fl-iskejjel primarji ta' Malta u Ghawdex qed jinghataw l-opportunita' li kuljum bejn it-8.30am u n-12.30pm, jattendu l-iskola tar-rahal taghhom u hemm jimpenjaw irwiehom f'attivitajiet kreattivi, bhal arti, drama u muzika, attivitajiet sportivi kif ukoll attivitajiet kulturali. B'kollox insibu 63 centru fejn fih qed topera Skola Sajf, 50 centru f'Malta u 13-il centru f'Ghawdex. F'Malta nsibu total ta' 4,300 student jattendu l-Iskola Sajf, filwaqt li f'Ghawdex hemm total ta' 400 tifel u tifla.

L-istudenti ghalliema tal-B.Ed fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni qed jiehdu sehem f'dan il-progett. Filfatt hemm 414-il student universitarju fic-centri ta' Malta u 76 student li qed jahdmu fic-centri f'Ghawdex.

Barra minn hekk ta' min isemmi wkoll in-numru kbir ta' co-ordinators li qed jahdmu fl-iskejjel, li permezz taghhom issir mhux biss ko-ordinazzjoni bejn l-iskola u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, izda wkoll ko-ordinazzjoni ta' l-attivitajiet varji li jsiru go l-iskola. B'kollox hemm total ta' 156 ko-ordinatur, 119 f'Malta u 37 fil-gzira ta' Ghawdex.

Certi skemi li gew adattati apposta mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex l-istudenti fl-iskejjel igawdu r-rizorsi tad-Divizjoni bl-ahjar mod possibli. F'Malta, ic-centru Martin Luther King qieghed iservi ta' post fejn l-istudenti qed imorru sabiex jitharrgu fid-drama u l-animation, waqt li f'Ghawdex il-Padiljun ta' l-iSports jintuza' bhala centru fejn l-istudenti jitharrgu f'dixxiplini sportivi taghhom. Skema ohra li giet adattata ghal Skola Sajf hi dik ta' l-edukazzjoni fizika, ta' l-arti u tal-muzika, fejn ghalliema specjalizzati f'dawn is-suggetti qed izuru l-iskejjel fuq bazi regolari u qed iharrgu lit-tfal f'dawn l-oqsma.

Intant, din is-sena d-Divizjoni hadmet sabiex ghall-ewwel darba ttella' Fiera-Maratona sabiex fiha tesebixxi x-xoghlijiet varji li l-istudenti wettqu matul ix-xhur tas-sajf. Din il-Fiera-Maratona bl-isem 'AHNA KREATTIVI' behsieba tkompli ssahhah il-partecipazzjoni tat-tfal. Wiehed mill-ghanijiet principali tal-fiera ghandu jghin biex wiehed jinduna li t-tfal huma kapaci jesprimu rwiehhom b'mod kreattiv kull meta jinghataw l-opportunita'. Il-Fiera-Maratona 'AHNA KREATTIVI' li ser tittella' nhar l-Erbgha, il-Hamis u l-Gimgha, 3,4, u 5 ta' Settembru fl-iskola "Adelaide Cini", il-Hamrun ser ikollha wkoll ghan filantropiku. Il-fondi kollha migbura waqt il-granet u l-hinijiet tal-wiri, jigifieri bejn id-9.00am u nofsinhar u l-5.00pm u t-8.00pm ser imorru ghall-Community Chest Fund. B'hekk it-tfal ser jinghataw l-opportunita' li jippartecipaw f'attivita' li l-qliegh kollu minnha ser imur ghal tfal anqas ixxurtjati minnhom. Fil-fiera wiehed ser ikollu l-opportunita' li jzur l-istands imtella' minn kull skola bix-xoghlijiet varji li jkunu saru mit-tfal waqt Skola Sajf. Barra minn hekk kull skola ser ittella' produzzjoni ta' madwar hmistax-il minuta fuq il-palk ta' l-istess skola. B'hekk waqt il-hinijiet tal-ftuh ser ikun hemm attivita' kontinwa li taghmel din il-fiera, 'Fiera-Maratona'.

Il-Fiera-Maratona 'AHNA KREATTIVI' ser tinfetah ufficjalment mill-Onor. Ministru Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, nhar l-Erbgha, 3 ta' Settembru fid-9.00 a.m. Il-genituri tat-tfal u l-pubbliku in generali huwa mistieden li jattendi mhux biss biex jammira l-kapacita' u l-potenzjal ta' dawn it-tfal izda wkoll sabiex jaghmel il-kontribuzzjonijiet tieghu ghall-Community Chest Fund.

Bejn id-9 u l-10 ta' Settembru, ser tigi organizzata 'Open Day' f'kull skola. Matul dawn il-jumejn, il-genituri tat-tfal li qed jattendu 'Skola Sajf' ser ikunu mistiedna jzuru l-iskejjel u jidhlu fil-klassijiet fejn ikunu jistghu jaraw ix-xoghlijiet li jkunu pproducew uliedhom.

Fl-ahhar gurnata, mbaghad, jigifieri fit-12 ta' Settembru, it-tfal kollha ser jipprezentaw programm varjat fis-Sala ta' l-Iskola Sekondarja 'Ninu Cremona', li ser ikun jikkonsisti f'kant, mima u zfin. Fl-entrata ta' l-istess skola, ser tittella' wkoll esibizzjoni fuq bazi nazzjonali ta' l-ahjar xoghlijiet li jkunu wettqu t-tfal matul l-Iskola Sajf.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow