Il-Kummissarju Gholi ta' Malta ghal Cipru jipprezenta l-kredenzjali
Il-bierah, 28 ta' Awissu 1997, fil-Palazz Presidenzjali ta' Nicosia f'Cipru, l-Ambaxxatur Henry C. Degabriele, li hu residenti f'Ruma, ipprezenta l-kredenzjali tieghu bhala Kummissarju Gholi ta' Malta ghal Cipru lil President ta' Cipru, Glafcos Clerides, fil-presenza tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ciprijott, Ioannis Kasoulides.
Fl-indirizz tieghu fil-ftuh tac-cerimonja, il-Kummissarju Gholi Malti, fost affarijiet ohra, semma x-xebh kbir li jezisti fl-istrutturi ekonomici u socjali taz-zewg Stati. Spjega l-politika barranija tal-Gvern Malti u fakkar l-appogg ta' Malta ghal kull sforz serju biex tinstab soluzzjoni negozjata u gusta ghas-sitwazzjoni politika fil-gzira ta' Cipru. Il-Kummissarju Gholi Malti wera s-sodisfazzjon tal-Gvern u l-poplu Malti ghar-rabtiet ta' hbiberija u relazzjonijiet eccellenti bejn Malta u Cipru awgura li dawn ikomplu jitkattru.
Bi twegiba ghad-diskors tal-Kummissarju Gholi Malti, il-President Clerides fisser l-apprezzament tieghu ghar-relazzjonijiet eccellenti li jezistu bejn Malta u Cipru u l-gratitudni tieghu ghall-appogg u solidarjeta' li Malta dejjem tat ghall-kawza ta' pajjizu. Huwa awgura li Cipru u Malta jibqghu jaghtu s-sehem shih taghhom u bl-istess entuzjazmu f'fora internazzjonali ghal kawza tal-paci, u wera x-xewqa tieghu li l-kooperazzjoni valida u siewja ta' bejniethom tissahhah.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901