Left arrow Go Back

Zfin folk mill-Polonja

PR1631
Date Icon 27/08/1997

Il-Grupp Folk 'Lany' mill-Universita ta' l-Agrikoltura ta' Poznan, fil-Polonja, bhalissa ghaddej bi programm ta' zfin dinamiku b'kostumi kkuluriti, madwar il-gzejjer Maltin. Il-grupp li hawn Malta bhalissa huwa ffurmat minn 23 student ta' l-istess Universita' u huwa parti minn grupp ikbar ta' 110 membru li jippartecipa f'kuncerti folk fil-Polonja u f'pajjizi ohra.

'Lany', li gie ffurmat fl-1974, qed jaghti wirjiet f'diversi irhula ta' Malta u Ghawdex u huwa mistieden tal-Kunsill tal-Kultura, fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, bhala parti mill-kalendarju kulturali li thejja ghal dan is-sajf. Il-grupp iltaqa' ukoll mas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, fis-Segretarjat ir-Rabat, u gie moghti rigal ta' tifkira.

Il-programm ta' zfin huwa kif gej: fl-Gharb fit-28 ta' Awissu, in-Nadur fid-29 ta' Awissu, fl-Ghasri fit-30 ta' Awissu u fix-Xaghra fil-31 ta' Awissu. Bejn l-1 u t-3 ta' Settembru 'Lany' se jaghti wirjiet fil-Qala, Haz-Zabbar u z-Zurrieq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow