Left arrow Go Back

Haxixa tal-bahar imkabbra Malta ghall-uzu fil-medicina u l-kosmetika

PR1621
Date Icon 26/08/1997

Tip ta' alka jew haxixa tal-bahar maghrufa bhala l-Hassa l-Bajda (jew Peacock's Tail) issa qed tigi kkultivata fil-bahar madwar Malta ghall-uzu kummercjali.

Dan kien possibli wara li l-Ministeru tal-Biedja u s-Sajd, approva l-hrug ta' Avviz Legali li jaghmilha possibbli lil min irid ikabbar din it-tip ta' haxixa tal-bahar biex japplika ghall-licenzja li tinhareg mid-Direttur tas-Sajd u l-Akwakultura.

Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u s-Sajd, Noel Farrugia, meta kien qieghed jindirizza laqgha tal-Fisheries Advisory Board.

Fil-fatt id-ditta I.B.A. Ltd, li hija ssussidjarja ta' Istitut Franciz, li tispecjalizza fl-uzu ta' din it-tip ta' alka, applikat u nghatat l-licenzja mehtiega u issa miexja sew b'din l-attivita fl-ibhra Maltin.

Il-Ministru zied jghid li l-metodu ta' tkabbir ta' din l-alka huwa li jitpogga gebel tal-franka f'qiegh il-bahar u li fuqu tikber din il-haxixa, li wara li tinqata' terga tikber fi zmien tliet gimghat u l-qtugh taghha ma' jikkaguna l-ebda hsara ambjentali.

Wara li din il-haxixa tigi maqtugha, l-ewwel fazi ta' l-ipprocessar isir f'Malta u mbaghad tigi esportata biex tintuza kemm fil-medicina kif ukoll fil-kosmetika.

Huwa temm jghid illi bis-sahha tal-mizuri godda li ttiehdu, l-industrija tas-sajd tista thares lejn aktar zvilupp.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow