L-izvilupp tac-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura
Matul dawn l-ahhar gimghat bdew numru ta' preparamenti sabiex fil-gejjieni qarib ic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura jsahhah il-posizzjoni tieghu u jkabbar il-produzzjoni tal-hut zghir "fingerlings" ghat-tkabbir fil-"fish farms" privati lokali.
Dawn l-izviluppi qeghdin isehhu bil-ghan li c-Centru ma jitlifx il-kompetittività tieghu fis-suq lokali ta' din l-industrija.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta ricentement zar lill-haddiema fic-Centru ta' l-Akwakultura, it-Torri ta' San Lucjan, akkumpanjat mir-Rettur ta' l-Universita, il-Professur Roger Ellul Micallef.
Il-Ministru Noel Farrugia zied jghid li matul dawn l-ahhar sentejn irrizulta li l- "fish farms" privati kienu qed jimportaw il-hut zghir, "fingerlings", bi prezz orhos minn dak li jipproduci c-Centru Nazzjonali.
Il-Ministru kompla jghid li l-Gvern jirrikonoxxi b'sodisfazzjon is-success li kisbet din l-industrija f'pajjizna f'dawn l-ahhar snin u ghalhekk il-Gvern huwa kommess biex ikompli jmexxi 'l quddiem din l-industrija.
F'dawn l-ahhar gimghat saru xoghlijiet ta' manutenzjoni fic-Centru biex tinghata dehra ahjar u biex ic-Centru jkun f'posizzjoni li jzid il-produzzjoni ta' "fingerlings" ghall-htigijiet ta' l-industrija lokali.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901