Xoghlijiet f'diversi skejjel pubblici f'Ghawdex
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni s-Sur Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo zaru diversi skejjel pubblici f'Ghawdex li bhalissa qed isirilhom xoghol infrastrutturali estensiv. Ix-xoghol, li mistenni jitkompla fil-gimghat li gejjin u jitlesta qabel il-bidu tas-sena skolastika, ghandu johloq ambjent iktar pjacevoli fl-iskejjel koncernati.
Fl-iskola post-sekondarja Sir Mikelang Refalo, fir-Rabat, qed isir xoghol biex dak li sal-lum kien workshop jigi mibdul f'librerija kbira u moderna ghall-istudenti. Fl-istess kumpless qed jinholoq blokk ghall-istudju tax-xjenza, li se jkun mghammar bl-apparat kollu mehtieg. L-iskop huwa li l-istudenti post-sekondarji jkollhom librerija u laboratorju tax-xjenza ghalihom billi, sal-lum, dawn kienu jaqsmu l-istess facilitajiet ma' studenti mill-Kumpless Ninu Cremona. Fl-iskola sekondarja tas-subien Ninu Cremona qed isiru toilets godda biex jinholoq ambjent iktar igjeniku. Xoghol iehor estensiv qed isir fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis u fl-iskola primarja ta' Sannat.
Il-Ministru Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Refalo zaru wkoll propjeta' tal-Gvern f'Wied il-Lunzjata li qed tinbidel f'centru ghall-istudju tax-xjenza, fuq l-istess linji ta' Villa Psaigon f'Malta. Dan ic-centru ghandu jservi ghal studenti ta' skejjel pubblici primarji u sekondarji u huwa ideali ghat-taghlim tax-xjenza minhabba li jinsab f'wiehed mill-iktar widien fertili u kultivati ta' Ghawdex.
Id-delegazzjoni ministerjali zaret ukoll l-iskola primarja Ta' Sannat fejn, ghall-ewwel darba, tfal bi bzonnijiet specjali gew inkluzi fl-iskola tas-sajf permezz tal-programm edukattiv, Wens fis-Sajf.
Fid-delegazzjoni kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, is-Sur Frederick Fearne, is-Sur Charles Mizzi, Direttur tal-Curriculum u s-Sur Horace Mercieca, Assistent Direttur ta' l-Edukazzjoni ghal Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901