Il-Prim Ministru jinawgura fabbrika gdida f'San Gwann
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal illum li l-bixra Ewro-Mediterranja ta' Malta mhux biss ghandha dimensjoni politika, imma wkoll wahda ekonomika u kummercjali. Il-Prim Ministru qal dan meta kien qed jinawgura fabbrika gdida ta' Foster Clark fil-qasam industrijali ta' San Gwann. Dr. Sant fahhar lil Foster Clark bhala pijunieri fl-esportazzjoni ta' prodotti Maltin lejn il-pajjizi Gharab ta' l-Afrika ta' Fuq u tal-Golf u qal li ghandhom jinghataw kull inkoraggiment u kull ghajnuna sabiex jigi zgurat li l-istrategija taghhom tibqa' tirnexxi.
Il-Prim Ministru qal li l-esportaturi taghna ghandhom iwessghu l-orizzonti taghhom. Dr. Sant qal li jaqbel ghal kollox li ghandna naghtu aktar importanza lit-tfittxija tas-swieq ta' l-Ewropa tal-Lvant. Il-Gvern diga' nieda ghadd ta' inizjattivi biex jghin lis-settur privat tal-kummerc biex jidhol f'dawn is-swieq u se jibqa' jaghmel hekk fix-xhur li gejjin. Il-Prim Ministru tenna li s-suq tal-lum huwa wiehed globali bil-kompetizzjoni gejja minn nahat kollha. Ghalhekk, m'ghandna nistennew lil hadd li jaghtina xejn ta' xejn.
Il-Prim Ministru semma l-hila ta' Foster Clark li jishqu fuq il-management modern u jhaddnu atteggjament strategiku. Dr. Sant tenna li l-esportazzjoni kienet, ghadha u tibqa' l-qawwa li wasslet ghas-success tal-kumpannija. Dan izid juri l-htiega ghalina lkoll, qal il-Prim Ministru, li nifhmu li s-swieq ta' Malta jinsabu kemm fin-Nofsinhar, kemm fit-Tramuntana. Sehem importanti mill-bejgh ta' Foster Clark imur fil-pajjizi Gharab. Ghal zmien twil Foster Clark irnexxielhom jidhlu sew fil-pajjizi ta' l-Afrika ta' Fuq u tal-Golf.
Il-Prim Ministru qal li s-success industrijali jiddependi mill-esportazzjoni. Aktar liberalizzazzjoni waqt li Malta riesqa lejn zona kummercjali hielsa ma' l-Unjoni Ewropea tohloq f'Malta infisha l-istess kundizzjonijiet kompetittivi li hemm fis-swieq ta' l-esportazzjoni. 'Il-qofol ta' l-assigurazzjoni li l-produtturi taghna jtejbu l-kompetittivita' taghhom jinsab fl-investiment, fit-taghmir u t-teknika moderna',qal il-Prim Ministru.
Dr. Sant qal li Foster Clark jaghtu ezempju tajjeb ghal dak li jista' jinkiseb f'dan il-qasam. Il-Prim Ministru semma b'tifhir l-investiment qawwi tal-kumpanija li halla qligh ta' Lm5 miljun. Il-bosta incentivi mahluqa bil-ligi ta' l-Izvilupp Industrijali, qal il-Prim Ministru, huma mahsuba biex irawmu sforzi bhal ta' Foster Clark ghal modernizzazzjoni bl-investiment u bit-tfittxija ghal swieq godda. Dawn l-incentivi mhumiex biss sussidji, izda mahsubin sewwasew bil-ghan li jqieghdu l-industriji Maltin fuq sisien sodi u b'hekk ikunu jistghu ilahhqu mal-kompetituri barranin taghhom.
Il-Prim Ministru sahaq dwar is-siwi tad-diversifikazzjoni u tal-modernizzazzjoni. Il-Ministri tal-Gvern, METCO u l-missjonijiet taghha u d-delegazzjonijiet kummercjali tal-Gvern ghandhom jaghmlu hilithom kollha biex jiksbu shab kummercjali godda kemm jista' jkun. Izda fl-ahhar mill-ahhar irid ikun is-settur privat innifsu li jikseb kuntratti godda.
'Ghandna nkunu ahna professjonali u ta' l-affari taghna f'kull ma naghmlu. Il-kwalita' gholja ghandha tkun il-bixra ewlenija ta' kull ma nipproducu. It-tfittxija ghas-swieq godda m'ghandha taqta' qatt bhalma ghandha tkun it-tfittxija biex naghtu sodisfazzjon lill-klijenti kollha taghna', qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru qal li l-ftuh ta' din il-fabbrika gdida huwa prova ohra tas-snajja' manigerjali u intraprenditorjali ta' l-industrijalisti Maltin. Dr. Sant qal li dan kien ezempju tangibbli tal-vizjoni li saret realta' b'rizultat tad-determinazzjoni, tal-kompetizzjoni, tad-dedikazzjoni, tas-snajja' u tal-kompetenza tal-haddiema ta' Foster Clark.
Il-Prim Ministru qal li s-success jinkiseb meta l-haddiema juru kemm jistghu jkunu tabilhaqq kompetittivi. Dr. Sant qal li meta l-haddiema jkunu motivati, jafu jkunu fidabbli, jahdmu iebes, jiksbu t-tahrig, flessibbli u jkunu konxji tal-kwalita' mehtiega. Il-Prim Ministru sahaq li dawn huma l-bixriet li jridu jinghataw siwi biex inlahhqu mal-kompetituri taghna fl-ekonomija globali ta' llum.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901