Punti mill-Konferenza Stampa moghtija llum minn Dr Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani
Hija prijorita li l-anzjani jkollhom sigurta fid-dar taghhom, billi jkollhom kuntatt dirett mal-familjari taghhom. Din hija parti mill-manifest elettorali tal-Gvern tal-llum. Jekk l-anzjani ma jhossuhomx rashom mistrieha f'darhom, ikun hemm dependenza akbar fuq id-djar tal-Gvern.
Is-servizz tat-Telecare huwa wiehed mis-servizzi li jinghataw lil anzjani sabiex dawn ikunu jistghu jitolbu l-ghajnuna meta jkunu fil-bzonn. L-operators tat-Telecare ghandu jkollhom l-mezzi kif jikkuntatjaw lill-qraba f'kull hin. Dan mhux dejjem possibli peress li jista jkun li l-familjari jkunu barra mid-dar. Ghal dan il-ghan bdejna tahdidiet ma' li Skytel sabiex il-familjari jibqghu dejjem f'kuntatt, anke meta dawn johorgu. Il-kumpanija Skytel qed toffri sussidju lill-qraba ta' l-abbonati tat-Telecare, biex taghmilha facli ghal-qraba jaghmlu uzu mill-pager.
Din l-inizjattiva hija frott tal-koperazzjoni bejn is-settur privat u l-Gvern. Huwa l-ghan tas-Segretarjat ta' l-Anzjani li jisfrutta kull teknologija ta' ghajnuna ghall-anzjani.
Il-qraba ta' l-abbonati tat-Telecare ser jircievu cirkulari bl-informazzjoni kollha mehtiega dwar din l-inizjattiva.
Is-sussidji li ser jinghataw huma dawn-
Connection fee - minn Lm 10 ghal Lm 5
Il-prezz tal-pager - minn Lm 57.25 ghal Lm 22
Monthly access fee - minn Lm 6.5 ghal Lm 6
Dr Louis Buhagiar awgura li din is-sistema tkun success ghal gid ta' l-anzjani fid-djar.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901