Il-Futur tat-Tarzna: Il-Prim Ministru se jiltaqa' mal-Haddiema tat-Tarzna u se jkollu laqgha mal-Kunsill tat-Tarzna u mal-General Workers Union
Il-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant se jkollu laqgha ohra mal-Kunsill tat-Tarzna u mal-General Workers' Union dwar il-futur tat-Tarzna. Il-laqgha se ssir il-gimgha d-diehla use tkun tkomplija tal-laqgha li saret il-bierah fl-Ufficcju tal-Prim Ministru dwar ir-rapport Appledore. F'din il-laqgha gie deciz li l-Prim Ministru jiltaqa' mal-haddiema tat-Tarzna biex jisma' r-reazzjonijiet taghhom dwar ir-rapport Appledore, li kopja tieghu bil-Malti tqassmet lill-haddiema kollha tat-Tarzna. Se jsiru zewg laqghat separati f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, l-Belt Valletta, bl-ewwel laqgha issir nhar il-Gimgha, 8 ta' Awissu, fis-sitta ta' filghaxija, waqt li t-tieni laqgha se ssir nhar it-Tnejn, 25 ta' Awissu. L-ghazla tal-haddiema ghal dawn iz-zewg laqghat saret fuq bazi alfabetika.
Il-Prim Ministru llum kiteb ittra lill-haddiema kollha tat-Tarzna u qalilhom li l-Gvern iqis li l-haddiema tat-tarzna ghandhom ikunu infurmati tajjeb dwar dak li jkun qed jigi propost dwar il-futur tat-Tarzna. Dr. Sant qal lill-haddiema li l-Gvern huwa impenjat li jahdem id f'id mal-General Workers' Union u mal-Kunsill tat-Tarzna biex jithejja pjan ta' hidma.
Il-Prim Ministru qal lill-haddiema li qabel jittiehdu d-decizjonijiet dwar it-Tarzna jhoss li jkun ukoll xieraq li jitkellem direttament mal-haddiema biex il-Gvern jisma' l-fehmiet taghhom.
Il-Prim Ministru fakkar lill-haddiema li l-Kunsill tat-Tarzna kien ikkummissjona rapport dwar it-Tarzna u qal li l-konsulenti Appledore kienu nghataw l-inkarigu li jharsu lejn il-problemi kbar u serji li qed tiffaccja t-Tarzna u johorgu bi proposti ghal kif tista' titjieb is-sitwazzjoni u jigi zgurat li t-Tarzna jkollu futur ghall-haddiema u ghan-nazzjon.
Prezenti ghal laqgha tal-bierah kien hemm il-Ministru tal-Finanzi u Kummerc, l-Onor. Leo Brincat waqt li s-Sur Vince Azzopardi, id-Deputat Chairman tal-Kunsill tat-Tarzna mexxa d-delegazzjoni tal-Kunsill tat-Tarzna fl-assenza tal-Prof. Noel Zarb Adami, Chairman li kien imsiefer. Is-Sur Jack Calamatta mexxa d-delegazzjoni tal-General Workers' Union.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901