Left arrow Go Back

Delegazzjoni tal-GWU tiltaqa mas-Segretarja Parlamentari ghad-drittijiet tan-nisa

pr1482
Date Icon 31/07/1997

Il-membri tal-Kumitat Ezekuttiv gdid tat-Taqsima Tessuti, Hwejjeg u Gild tal-General Workers' Unionkellhom laqgha mas-Segretarja Parlamentari Ghad-Drittijiet Tan-Nisa, Helena Dalli.

Is-Segretarja Parlamentari tkellmet fuq il-bzonn li aktar nisa jaghtu s-sehem shih fit-trade unions u li jkunu nvoluti fl-oqsma tat-tmexxija. Hija tkellemt fuq il-bzonn li attivisti nisa jersqu ghal korsijiet li ghandhom x'jaqsmu ma trejdunjonizmu.

Hija tkellmet dwar kif bosta tfajliet, specjalment fil-qasam tat-tessuti, iharsu lejn ix-xoghol bhala stop-gap bejn iz-zmien li jitilqu minn l-iskola u meta jizzewwgu. Hemm bzonn li dawn jinghataw aktar guidance u tahrig sabiex iharsu lejn ix-xoghol aktar fit-tul.

Semmiet lil dawk, fil-maggoranza taghhom xebbiet, li jkollhom bzonn li jiehdu hsieb tal-genituri taghhom anzjani u morda. Dawn il-haddiema ghandhom jinghataw l-opportunita' li jinghataw leave bla hlas sabiex jaghmlu dan, minhabba li f'certi kazi, dawn il-haddiema qed ikunu kostretti li jitilqu mix-xoghol u wara li l-genituri jigu nieqsa, jispiccaw jerghu jfittxu x-xoghol.

Hija tkellmet dwar il-haddiema part-time. Fil-parti l-kbira taghhom dawn huma nisa mizzewga li jaghzlu li jahdmu part-time biex jilhqu bilanc bejn ix-xoghol u l-familja. Ghalkemm sar titjib fil-kundizzjonijiet ta' dawn il-haddiema ghad hemm xi jsir. Ghal dan il-ghan hija semmiet kif il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara qeghda thejji proposti ghal titjib fil-ligi li tirregola l-kundizzjonijiet tax-xoghol.

Hija laqghet il-mozzjoni pprezentata mill-Ezekuttiv tat-taqsima Tessuti, Hwejjeg u Gild tal-G.W.U. li tirrigwarda l-haddiema part-timers li titkellem dwar diskriminazzjoni li hemm fil-ligi dwar hinijiet tax-xoghol u leave ghal waqt it-tqala. Hija fahhret l-inizjattiva li hadet din it-taqsima meta irnexxiela tinkludi id-dritt ta' leave pro rata ghal-waqt it-tqala fi ftehim kollettiv ma' kumpanija privata. Hija hegget li aktar kumpaniji jaghtu dawn il-kundizzjonijiet lill-haddiema part-time taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow