Left arrow Go Back

Jibdew jorhsu l-prodotti importati

pr1458
Date Icon 26/07/1997

Prodotti importati minn pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea u minn pajjizi barra l- Unjoni Ewropea li ghandhom il-Levy bdew jorhsu fil-prezz skond is-Sistema gdida ta' Tassazzjoni. Mill-1 ta' Lulju prodotti li kellhom il-Levy ma baqghux jigu intaxxati 15% taxxa kif kien isir bit-taxxa tal-VAT u qed ihallsu biss il- Levy. Prodotti importati mill-Unjoni Ewropea mhux ihallsu Sisa u dawk il- prodotti gejjin minn pajjizi barra l-U.E. mhux ihallsu dazju addizzjonali fuq l- istess prodotti. Agenti li jimportaw dawn il-prodotti qeghdin jinfurmaw lid- Dipartiment tal-Kummerc li fil-fatt dawn il-prodotti rohsu u qeghdin anke jaghtu l-prezzijiet il-godda u imrahhsa tal-prodotti. Minn ghada l-Hadd l- Ministeru tal-Finanzi u Kummerc se jibda jxandar l-ismijiet tal-prodotti importati u bil-Levy u li bis-Sistema gdida rohsu fil-prezz.

L-ewwel informazzjoni li waslet ghand id-Dipartiment tal-Kummerc tindika rohs fil-prezz ta' varjeta' twila ta' lbies ta' taht tat-tfal, ta' l-irgiel u tan-nisa. Gie registrat rohs ukoll fil-prezz ta' qomos tat-tfal u ta' l-irgiel u T Shirts. Uniformijiet ta' l-iskola importati ukoll qeghdin jorhsu fil-prezz. Dawn jinkludu blazers, qliezet ta' l-iskola, track suits, qomos u ingravajjet ta' l-iskola.

Anke l-ghamara ta' barra qieghda torhos bis-Sistema gdida ta' Tassazzjoni. Fost dawn hemm is-sufani ta' barra li kellhom rohs sostanzjali fil-prezz, waqt li mwejjed ta' l-ikel u kmamar tas-sodda wkoll gew imrahhsa.

Prodotti tal-hasil likwidu li ghandhom il-Levy ukoll bdew jorhsu fil-prezzijiet, waqt li diversi prodotti ta' sapun ukoll rohsu fil-prezz. Prodotti tal-karti bhal pitazzi, note books, manuskritti, napkins u tissues issa qeghdin jinbighu bi prezzijiet orhos.

Diversi prodotti ta' l-ilma u inbid, Port, Sherry, Vermouth u xampanja importata wkoll rohsu fil-prezz, kif ghamlu wkoll xorb alkoholiku iehor.

Gie registrat rohs fi prodotti ta' pajpiet tal-PVC, prodotti ta' hgieg u diversi prodotti ta' mirja. Id-Dipartiment tal-Kummerc gie infurmat ukoll li kien hemm rohs fuq diversi prodotti ta' 'Ceiling Tiles'.

Il-gimgha li ghaddiet id-Dipartiment tal-Kummerc informa lill-importaturi biex jipprezentaw il-prezzijiet godda ta' dawk il-prodotti kif rakkomandati li ghandhom jorhsu ghand il-konsumatur. Hafna agenti u importaturi diga' ipprezentaw dawn il-prezzijiet waqt li agenti ohrajn gew imfakkra mid- Dipartiment tal-Kummerc biex jibaghtu l-prezzijiet il-godda tal-prodotti importati bil-Levy.

Sadanittant is-Servizz tal-Freephone 120 ghadu qieghed jircievi

informazzjoni utli minghand il-konsumatur dwar il-prezzijiet tal-prodotti fis-suq lokali. Prodotti mahduma ghas-suq lokali u servizzi ma baqghux ihallsu 15% VAT u minflok dahlet Sisa ta' 5%. Dan wassal ukoll biex ikun hemm rohs fuq firxa wiesgha ta' prodotti u servizzi bhal hairdressers, ristoranti u food chains, zrar, ramel u konkos, inbejjed ta' Malta, prodotti tas-sapun u likwidu tas-sapun, madum, resin, granit u irham, prodotti ta' l-ikel, toiletries, stationery, ilma minerali, confectioners, xoghol ta' aluminju, zviluppar ta' ritratti, manifatturi fl-injam, plastic pipes, prodotti tat-tindif, prodotti tal-karta, tat-trab tal-hasil, underwear u disposable tad-dar.

Id-Dipartiment tal-Kummerc qieghed jaghmel 'monitoring' ta' min ma jrahhasx il-prodotti tieghu skond is-Sistema gdida ta' Tassazzjoni. Fuq il-Freephone 120 dehlin ukoll rapporti ta' abbuzi fil-prezzijiet u d-Dipartiment qed juza din l-informazzjoni biex ikun jista' jfassal strategija biex jikkontrolla l-abbuzi. Numru kbir ta' konsumaturi qeghdin icemplu wkoll matul il-granet tal-gimgha biex jinformaw lid-Dipartiment tal-Kummerc bl-andament u qed ikunu raportati telefonati posittivi dwar rohs f'diversi prezzijiet ta' prodotti u servizzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow