Left arrow Go Back

Festa tal-Madonna tal-Karmelu fl-Isptar Monte Carmeli

pr1446
Date Icon 24/07/1997

Bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu li qeghda tigi ccelebrata fl-Isptar Monte Carmeli din il-gimgha, il-Mount Carmel Hospital & Culture Centre (MCHS & CC) flimkien mal-Kumitat Attivitajiet Socjali ta' l-istess Sptar, organizzat Maratona ta' 24 siegha loghob tas-Snooker. Din bdiet nhar il-Hadd 20 ta' Lulju fl-10 ta' filghodu u spiccat l-ghada t-Tnejn.

L-iskop ta' din il-Maratona kien biex jingabru fondi ghall-ispejjez tal-Festa. Il-Maratona giet miftuha ufficjalment mill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, t-Tabib Michael Farrugia. Qabel il-ftuh tal-Maratona il-Ministru gie presentat b'sett bocci tas-Snooker godda mis-Sur Joseph Borg Bonello f'isem il-Friends of Attard Hospital Society. Il-Ministru minn naha tieghu pprezenta dawn is-sett bocci flimkien ma' trofew u plattin tal-fidda lis-Segretarju tal-M.C.H.S. & C.C. is-Sur Carmelo Borg Cardona.

24 impjegat ta' l-Isptar Monte Carmeli u numru ta' pazjent hadu sehem f'din il-Maratona. Fil-ftuh tal-Maratona players maghrufa bhal Tony Drago, Alfred Borg, Tony Brincat u ohrajn taw esebizzjoni tas-Snooker. L-ewwel kolp inghata mill-Ministru t-Tabib Michael Farrugia. Numru ta' players mill-Anglo-Maltese League ippartecipaw f'din il-Maratona. Ha sehem ukoll ir-referee internazzjonali is-Sur Willie Mifsud.

Grazzi ghall-generozita' ta' l-impjegati u donaturi ohra ngabret is-somma sabiha ta' Lm420.

Celebrazzjoni ohra li saret din il-gimgha bhala parti mill-Festi tal-Madonna tal-Karmnu fl-Isptar Monte Carmeli, kienet ghotja ta' demm minn 31 impjegati ta' dan l-istess Sptar. Din id-donazzjoni saret nhar it-Tnejn 21 ta' Lulju fejn Team mill-Blood Transfusion Centre ta' l-Isptar San Luqa gew apposta biex jigbru dan id-demm.

Waqt l-ghoti tad-demm il-Ministru Michael Farrugia zar lill-impjegati prezenti. Il-kampanja kienet miftuha wkoll sabiex l-impjegati jinkitbu fir-registru ghad-donaturi ta' l-Organi.

Kull min jidhol membru jkun qed jaghti l-kunsens biex wara mewtu l-organi tieghu jinghataw lill-pazjenti li jkollhom bzonnhom.

Il-Kumitati jixtiequ jirringrazzjaw lil kull min ghin kemm b'donazzjonijiet kif ukoll fl-organizzazjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow