'Il-Persuni bi bzonnijet specjali ghandhom kontribut kbir x'jaghtu lis-socjeta' - Il-Prim Ministru
'Il-persuni bi bzonnijiet specjali ghandhom kontribut shih x'jaghtu lis-socjeta' taghna u ghaldaqstant huwa importanti li jitfassal programm mifrux fuq perjodu ta' erba' snin li matulu jigu implimentati l-mizuri li hemm fl-Abbozz ta' Ligi ghal Opportunitajiet Indaqs ghal Persuni b'Dizabilita'. Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta l-bierah ghalaq Konferenza Nazzjonali dwar il-ligi li taghti Opportunitajiet indaqs lil persuni b'dizabilita' li mistennija tigi diskussa fil-Parlament f'Ottubru li gej. Il-Prim Ministru sahaq dwar l-importanza li l-ghaqdiet kollha privati u tal-Knisja fil-qasam tal-persuni bi bzonnijiet specjali ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-process legislattiv tal-Ligi li qieghed iressaq il-gvern.
Il-Prim Ministru qal li s-socjeta' trid tassigura li l-mizuri proposti ma jigux implimentati biss minn naha tal-gvern, izda anke minn naha tal-privat. Dr. Sant qal li jemmen li dan l-Abbozz ta' Ligi huwa tajjeb 'il quddiem, izda jemmen ukoll li l-aktar haga importanti hija kif dan se jaffettwa l-bazi partikolari li kull wiehed u wahda minna nafu bihom fil-hajja taghna, fil-hajja ta' nies li jinteressawna u fil-hajja ta' persuni ohra bi bzonnijiet specjali.
Il-Prim Ministru qal li rridu nkunu realistici u naqblu li dan l-Abbozz ta' Ligi mhux se jelimina l-problemi kollha ta' diskriminazzjoni li jezistu. 'Irridu nharsu lejn dan l-Abbozz bhala pass wiehed minn sensiela ta' passi 'l quddiem biex nassiguraw li aktar ma jghaddi z-zmien aktar is-socjeta' taghna tkun qed tassigura li d-diskriminazzjoni tigi mnehhija b'mod li tassew jiftah spazju shih ghal persuni bi bzonnijiet specjali biex jippartecipaw b'mod konkret u shih fis-socjeta' taghna.'
Il-Prim Ministru qal li l-process favur il-persuni bi bzonnijiet specjali diga' beda u rridu nkomplu ntejbu fuqu. Ghal dan il-ghan wiehed irid jiddiskuti r-rizorsi finanzjarji u umani li hemm bzonn biex jitwettaq dan il-process. Dr. Sant tkellem dwar il-htiega ta' tahrig professjonali ghal persuni li jedukaw tfal bi bzonnijiet specjali fl-iskejjel taghna u l-bzonn ta' aktar rizorsi finanzjarji, waqt li naffermaw il-htiega li mmexxu 'l quddiem il-proposti ta' din il-Ligi.
'Ma nemminx li dawn il-problemi se nsolvuhom mil-lum ghal ghada' qal il-Prim Ministru, 'izda nemmen li l-impenn tal-gvern biex insolvu dawn il-problemi qieghed hemm biex bir-rizorsi li ghandna ntejbu u nsahhu dak li jinhtieg biex tabilhaqq tibda tigi implimentata l-Ligi. Dan waqt li nkomplu mexjin fit-triq ghall-gid tal-persuni bi bzonnijiet specjali, tal-familja taghhom u tas-socjeta' kollha taghna.'
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901