Wirja ta' skultura bil-gebla Maltija fil-Germanja
Nhar is-Sibt 19 ta' Lulju 1997, l-Ambaxxatur ta' Malta f'Bonn, is-Sur Carmel J. Aquilina u ufficjali ta' l-Ambaxxata kienu presenti f'Adenau ghall-ftuh ta' wirja ta' xoghlijiet ta' skultura bil-gebla Maltija, tas-Sur Joe Xuereb minn Ghajnsielem. Adenau li tinsab madwar 50 kilometru 'l isfel minn Bonn hija ggemmellata mal-Mellieha.
Fil-wirja hemm 22 skultura ta' Xuereb ta' daqsijiet differenti li jesprimu diversi emozzjonijiet li jvarjaw mit-tama u l-imhabba ghall-qtuh ta' qalb u ansjeta.
Ghall-okkazjoni saru diskorsi mis-Sindku ta' Adenau, li huwa wkoll il-President ta' l-Assocjazzjoni Germanja-Malta, Berndt Schiffart u l-Ambaxxatur Aquilina. Is-Sindku Schiffart tkellem dwar l-iskultur Joe Xuereb, it-tema tax-xoghlijiet tieghu u l-ghodda li juza, u ddeskriva 'l Ghawdex , li l-istorja u l-ambjent tieghu influwenzaw hafna ix-xoghlijiet ta' Xuereb, bhala gzira zghira ta' mhabba u holm.
L-Ambaxxatur Aquilina waqt li fahhar l-inizjattiva tas-Sindku u l-kollaboraturi tieghu li organizzaw din il-wirja u diversi attivitajiet ohra fil-passat, tkellem dwar it-talent artisitiku ta' Xuereb, l-ispirazzjoni neolitika tax-xoghlijiet tieghu u l-kapacita' tieghu li jesprimi it-talent artistiku tieghu bil-gebla Maltija. Hu qal ukoll li x-xoghlijiet ta' Xuereb, ikunu fejn ikunu, igorru fihom infushom bicca minn artna, bl-istorja u l-kulur ambjentali taghha.
Il-wirja f'Adenau qed issir f'dar antika ta' l-injam li giet restawrata bl-akbar reqqa u konvertita f'gallarija ghal wirjiet artistici.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901